Aħbarijiet


L-Orizzont - Il-Ħamis 11 ta' Diċembru 2008

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista “invadut” bil-gradwati


Grupp imdaqqas ta’ studenti Universitarji li l-bieraħ kienu qegħdin jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom, “invadew” b’mod spontanju ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun (ritratt).

Dak il-ħin, il-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, kien qiegħed f’laqgħa u niżel fil-foyer biex jiltaqa’ mal-istudenti u personalment awguralhom l-isbaħ xewqat għall-futur tagħhom. Din il-laqgħa kienet karatterizzata minn briju u ċelebrazzjonijiet.

Jakkumpanja lill-Mexxej Laburista kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PL, Jason Micallef.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-istudenti komplew wara fit-toroq tal-Ħamrun u l-madwar. Għal din l-okkażjoni, il-Partit Laburista awgura lill-istudenti kollha li gradwaw, hekk kif ġew fi tmiemhom iċ-ċerimonji kollha tal-gradwazzjonijiet.