|
| Opinjoni |
|
L-Orizzont - It-Tlieta 8 ta' Frar 2005
Waslet elezzjoni, waslu l-gideb!
minn Gavin Gulia |
Bhas-soltu l-Partit Nazzjonalista jirrikorri ghall-istrategija tal-gideb kull meta tasal xi elezzjoni. Qabel l-ahhar Elezzjoni Generali l-Partit Nazzjonalista kien xandar li l-Partit Laburista kien qieghed jahmi gidba kbira granet qabel l-elezzjoni biex jiehu vantagg politiku fuq il-Partit Nazzjonalista. Gara proprju l-oppost ghax dak li llum huwa l-President tar-Repubblika ta’ Malta mar fuq l-iscreens tat-TV jumejn qabel l-elezzjoni u qal gidba kbira kontra Alfred Sant rigward ibnu u l-kors tal-ligi. Il-Qrati kienu sabu lill-Fenech Adami hati ta’ malafama u kkundannatu ghall-hlas tad-danni. Erbghin sena ilu l-Partit Nazzjonalista, ukoll lejlet Elezzjoni Generali, kien xela lil Strickland li huwa mazun bil-manipulazzjoni ta’ ritratt. Naturalment Strickland ma kellux cans iwiegeb ghal din il-kalunnja u l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jirbah vantagg politiku kbir fuq ir-rival tieghu. M’hemmx l-icken dubju li l-istorja turi li l-Partit Nazzjonalista ghandu l-gheruq tieghu f’ideoligiji estremi tal-lemin u kien ammiratur kbir ta’ Benito Mussolini. Il-kulur iswed fl-isfond tal-bandiera tal-Partit Nazzjonalista ma thallix dubju dwar dawn l-gheruq u l-karatteristici ta’ dik l-ideologija ghandhom sa certu estent jimmanifestaw ruhhom sal-gurnata tal-lum. Il-mohh wara l-propaganda nazista ta’ zmien ir-regime ta’ Hitler kien certu General Goebbles li kien jemmen fil-valur politiku tal-gidba. Kien jghid li l-gidba jekk tirrepetiha fl-ahhar tibda titwemmen bhala l-verità. Kien juzaha fil-konfront tal-Lhud biex beda l-esterminazzjoni taghhom u wzaha fil-konfront tal-poplu tieghu stess biex ikabbar l-immagini ta’ Hitler f’mohh il-poplu. Attenti ghax in-Nazzjonalisti ma jisthux u ma jkunux iridu jitilqu l-poter akkost ta’ kollox. Bhalissa l-Partit Nazzjonalista tilef hafna mill-popolarità tieghu kemm minhabba l-mizuri li qieghed jimponi fuq il-poplu kif ukoll ghax il-poplu ntebah li dak li gie mwieghed lejlet l-elezzjoni kien kollu bzar fl-ghajnejn u moghdija taz-zmien. Rinfaccjat b’din is-sitwazzjoni l-Partit Nazzjonalista sar qisu far maqful f’rokna u m’ghandux alternattiva hlief li jirrikorri ghal kwalunkwe azzjoni li tigih f’mohhu nkluz dik li tradizzjonalment uza bhal arma – il-gidba. Bhalissa l-Prim Ministru qieghed imexxi l-gidba li l-Partit Laburista qieghed jipproponi li jitnehha l-bonus lill-haddiema, gidba kolossali. Id-dokument ta’ rigenerazzjoni ekonomika kien ikkummissjonat mill-Partit Laburista u kien thejja minn esperti fil-qasam ta’ l-ekonomija. Dan id-dokument ma kitbux il-Partit Laburista u fid-dahla tieghu l-Partit Laburista ghamilha cara li huwa mhux marbut mal-pariri u rakkomandazzjonijiet li hemm fid-dokument. Il-verità hi li l-uniku partit li fi hsiebu inehhi l-bonus ghall-haddiema huwa l-Partit Nazzjonalista billi fl-ahhar budget Lawrence Gonzi kien pogga fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li fih hemm miktub iswed fuq l-abjad li l-“bonus ta’ Gunju u Dicembru ghandu jitnehha“. Altru li gidba – il-Partit Nazzjonalista irid iwikki lill-Partit Laburista mizura li fir-realtà jrid jimponi l-Gvern Nazzjonalista!! Din tal-bonus hija fotokopja ezatta tal-mod kif il-Partit Nazzjonalista tratta lil Alfred Sant qabel l-ahhar elezzjoni generali – l-ewwel qal li l-Partit Laburista se johrog b’gidba kbira biex imbaghad hareg bil-gidba l-Partit Nazzjonalista stess fuq Alfred Sant. U l-gidba Nazzjonalista giet ipprovata gudizzjarjament billi Fenech Adami laqqat libel u nstab hati. Lawrence Gonzi riesaq lejn it-tieni disfatta elettorali f’temp ta’ sena. Billi jafu li se jitilfu digà kienu qeghdin jippjanaw biex ma jaghmlux l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Meta raw li kienu se jaqghu ghan-nej u l-misjur ghazlu li jaghmluhom. Izda biex jippruvaw icajpru r-rizultat ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli ccikinjaw u rtiraw xi kandidati mill-Kunsilli taz-Zejtun u l-Marsa biex l-elezzjoni ma ssirx f’dawn il-lokalitajiet. Izda ghal li jista’ jkun il-Partit Nazzjonalista ma jaqlax l-akbar disfatta elettorali wara dik tal-Parlament Ewropew Lawrence Gonzi regà rrikorra ghall-gidba biex jipprova jiehu vantagg elettorali. Il-perit arkitett tal-bonus u l-allowances huwa l-Partit Laburista. U l-Partit Laburista mhu se jhott qatt dak li rnexxielu jibni huwa b’tant sagrifficcji u b’tant tfixkil minghand il-Partit Nazzjonalista. Il-gidba hija fil-vini tal-Partit Nazzjonalista u tiskorri fid-demm tal-partit ghax hekk huwa maghmul. Dan huwa l-partit hekk imsejjah Demokristjan, dak li jippriedka l-valuri Nsara u Kattolici. Fir-realtà mhu xejn aktar mill-ipokriti u l-Farizej li jiffiguraw fil-Patt il-Gdid. |