www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Responsabbiltà
minn Joseph Muscat

Nhar is-Sibt huwa jum importanti ghal pajjizna. Huwa jum li fih se jsir referendum konsultattiv. Dan huwa referendum li ma jorbotx u li l-mod zbilancjat li bih in-nahat differenti kellhom ic-cans li jwasslu l-messagg taghhom jaghmlu fazull aktar milli wiehed qatt kien jistenna. Madankollu dan huwa jum importanti u fih kulhadd ghandu jerfa’ r-responsabbiltà ghal dak li se jaghmel. Jien kburi li nahdem fi hdan il-Partit Laburista. Jiena kburi li qieghed fi hdan partit li qed jghid lin-nies li ghandhom jivvotaw ‘le’, jastjenu milli jivvutaw jew jinvalidaw il-vot fir-referendum konsultattiv.

Il-Partit Laburista qed jerfa’ r-responsabbiltà kollha ta’ din id-decizjoni. Jerfa’ r-responsabbiltà li jkun ikkonvinca lill-poplu biex jichad il-pakkett innegozjat mill-gvern u aktar ’il quddiem ikollu r-responsabbiltà akbar li jwassal pakkett ahjar permezz ta’ partnership.

Min-naha l-ohra, dawk in-nies u ghaqdiet li qeghdin jghidu “iva, iva, iva, iva…” ghandhom ikunu wkoll lesti li jgorru r-responsabbiltà li tefghu il-piz taghhom wara din l-ghazla. Jekk il-poplu jemminhom u mbaghad wara jigi l-ghawg, allura jridu jkunu huma li jirrispondu ghal ghemilhom.

Min qed iweghdek l-angli jizfnu ghandu jiftakar li jista’ jsib dalwaqt ix-xjaten ihabbtu wara biebu.



No turning back

Jien ma ghandi l-ebda problema ma’ min se jivvota “iva”. Ghandhom kull dritt jaghmlu hekk. Jiddispjacini, izda, li mhux kulhadd fil-kamp ta’ l-“iva” ghandu l-istess rispett lejn min se jaghmel ghazla differenti minn taghhom.

Hemm haga, izda li kull min se jiehu decizjoni nhar is-Sibt ghandu jzomm quddiem ghajnejh. Din hija li jekk Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea, imbaghad wiehed mhux se jkollu c-cans jerga’ lura.

Dan mhux jekk m’ghogbokx xi hadd fil-Gvern u tiddeciedi li taqleb il-vot fl-elezzjoni ta’ wara.

Jekk nidhlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju, 2004, imbaghad m’hemmx possibbiltà li terga’ lura.

Min-naha l-ohra, jekk ma taghmilx din l-ghazla, ikollok ic-cans li jerga’ jibdielek.

Ikun hemm min jghidlek li issa li wasalna sa hawn lanqas haqq tieqaf. Bhallikieku jekk tasal f’ tarf ta’ rdum ma taghmilx pass lura biex ma taqax ghal isfel!

U hemm haga ohra li hafna nahseb li qeghdin jinsew, jigifieri li din hija Unjoni Ewropea li ghadha qieghda tizviluppa. Gejja kostituzzjoni li ma nafux x’inhi u nkunu naghmlu parti mhux minn blokk ta’ 15 izda minn wiehed ta’ madwar 30.

U hawnhekk ikun hemm min jghidlek li la diehel kulhadd ghandna nidhlu ahna wkoll. Jien nirraguna bil-maqlub u nghid li tajjeb li pajjizna ikun differenti kemm jista’ jkun halli jattira lejh l-interess u investiment li ghandna bzonn.



Regoli u rizorsi

Il-qaghda tar-rizorsi f’din il-kampanja referendarja kienet tad-dahk. Fuq naha kellek lill-Gvern bi flus il-poplu, lill-Partit Nazzjonalista bi flus hafna negozjanti, lill-Kummissjoni Ewropea bi flus it-taxxi tal-poplu ta’ l-Unjoni Ewropea li kollha ppumpjaw favur vot “iva”. Fuq in-naha l-ohra kien hemm biss ic-centezmi tal-Partit Laburista migbura minn fost il-poplu.

Kampanja referendarja bis-sens ghandu jkollha regoli cari ta’ finanzjament u ta’ kif jistghu jigu wzati flus il-poplu. Fl-Ingilterra kien hareg in-Neill Report li fih intqal li ghandu jkun hemm limitu ta’ nefqa u li kulhadd jghid minn fejn qed igib il-flus. Il-flus tal-poplu jinqasmu bejn iz-zewg nahat f’ammont limitat filwaqt li l-Gvern u d-dipartimenti tieghu jzommu pass lura.

Dawn ir-regoli se jigu adottati ghar-referendum dwar l-Euro fl-Ingilterra.

Hekk tkun kampanja serja.



Mhux l-ghazla facli

Kburi li ninsab fil-Partit Laburista li jemmen bis-shih li l-politika ta’ partnership hija l-ahjar ghazla ghall-pajjiz.

Mhux facli li tiehu pozizzjoni bhal din.

Mhux facli li ghax temmen f’xi haga tehodha kontra l-qawwiet ta’ l-‘establishment’ u tal-flus mhux biss f’Malta, izda anki barra.

Kemm kien ikun aktar facli kieku ghidna “iva”!

Kburi li naghmel parti minn dawk li ma jaghzlux it-triq facli ghax jibzghu mit-taqbida.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.