www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Sports
 

F1 – Grand Prix tal-Ungerija:
Vettel jiddomina l-ewwel provi


Sebastian Vettel tar-Red Bull iddomina l-ewwel provi għall-Grand Prix tal-Ungerija wara li rreġistra l-aħjar ħin fiż-żewġ sessjonijiet. Illum is-sewieq Ġermaniż se jkun qiegħed jipprova jirbaħ il-Pole Position għar-raba’ darba konsekuttiva u s-seba’ wieħed tiegħu tal-istaġun.

Sieħeb Vettel fit-tim Red Bull, Mark Webber, kien it-tieni l-iktar veloċi fis-sessjoni ta’ filgħodu iżda f’dik ta’filgħaxija kien l-Ispanjol tal-Ferrari, Fernando Alonso, li spiċċa t-tieni.

Ta’ min jirrimarka li s-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari, Felipe Massa, irritorna fit-track li weġġa’ gravi fih sena ilu. Iżda l-Brażiljan jidher li jinsab konċentrat meta rreġistra r-raba’ l-aħjar ħin.

Red Bull bdew għaxra mill-11-il tiġrija ta’ dan l-istaġun mill-ewwel post tal-grid iżda naqsu li japprofittaw u jdawru dan il-vantaġġ f’suċċess matul it-tiġrijiet. Vettel rebaħ żewġ tiġrijiet u Webber tlieta, iżda l-McLaren qegħdin fl-ewwel post taż-żewġ kampjonati tal-Formula Wieħed għalkemm fil-provi uffiċjali u fit-tiġrija ta’ għada mistennija taqtiegħa oħra bħal dik ta’ġimgħa ilu fil-Ġermanja bejn ir-Red Bull u l-Ferrari.

TV – Il-provi ta’ kwalifikazzjoni tal-lum se jintwerew dirett fis-2.00 p.m. fuq Rai2 u Go Sports


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael
·  Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs
·  Schembri jiskorja
·  James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin
·  Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.