www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Sports
 

Ikompli t-titjib fil-faċilitajiet tal-klabbs membri tal-MFA:
Kalkara FC jinawguraw il-piċċ b’ħaxix artifiċjali ġdid


Iktar klabbs membri tal-Malta Football Association komplew jibbenefikaw minn investimenti u titjib fil-faċilitajiet tagħhom meta din id-darba kien imiss lill- klabb tal-Kalkara li jinawgura l-piċċ b’ħaxix artifiċjali ġdid.

Bla dubju dan il-proġett kien ilu mistenni mill-komunità Karkariża li minnu se jibbenefikaw l-għadd ta’ tfal li jattendu n-nursery ta’ dan il-klabb.

L-inawgurazzjoni saret mill-president tal-MFA, Dr Joe Mifsud u għal din l-okkażjoni attendew il-kelliem ewlieni tal-Partit Laburista dwar iż-Żgħażagħ u Sports, l-Onor. Chris Agius, is-Sindku tal-Kalkara Michael Cohen u l-kunsilliera, il-viċi-presidenti tal-MFA Ludovico Micallef u Dr Peter Fenech, l-Onor. Dr Stephen Spiteri, il-kumitati ta’ Kalkara FC u tan-nursery, plejers, sponsors, ħbieb tal-klabb u persuni distinti oħrajn.

Il-programm kien jinkludi t-tlugħ ta’bandiera ġdida tal-klabb minn żewġt itfal tal-Youth Nursery, diskorsi u kxif ta’plakka kommemorattiva mill-president tal-Kalkara FC u mill-president tal-MFA, tberik tal-piċċ mill-kappillan tal-Kalkara Rev. Anton Galea Scannura, partita futbol bejn it-tfal tal-youth nursery u riċeviment.

Il-programm se jkompli fil-jiem li ġejjin b’quddiesa ta’ radd il-ħajr u partita futbol bejn it-tim preżenti ta’ Kalkara FC u tim kom- post minn plejers tal-passat li lagħbu mal-klabb tal-Kalkara.

Ix-xogħol ta’ llivellar tal-art u tqegħid tat-turf artifiċjali fuq medda ta’ 75 metri tul b’55 metri wisgħa sar mill-kumpanija 389 Ltd u dam madwar xahrejn.

Il-proġett tal-piċċ artifiċjali kien ko-finanzjat mill-MFA, mill-Programm Hat-Trick tal-UEFA u minn Kalkara FC.

Xogħlijiet oħra li saru dan l-aħħar jinkludu wkoll it-tqegħid ta’ fencing ġdid finanzjat mill-KMS kif ukoll titjib fis-sistema tal-floodlights u manutenzjoni ġenerali li saru bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael
·  Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs
·  Schembri jiskorja
·  James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin
·  Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.