|
|
Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja: Qbil biex jibdew it-taħditiet bejn Floriana FC u Green Investments Ltd |
|
Floriana FC ilbieraħ filgħaxija organizzaw Laqgħa Ġenerali Straordinarja fejn il-membri kienu mgħarrfa bl-iżviluppi li seħħew fit-tilwima ma’ Green Investments Ltd dwar il-piċċ sintetiku fix-Xagħra tal-Floriana.
Il-Laqgħa Ġenerali nnifisha waslet għal progress bejn il-klabb u l-Green Investments Ltd tant li ntlaħaq qbil biex jibdew taħditiet bejn iż-żewġ naħat ħalli tinstab soluzzjoni.
Ġie deċiż ukoll li filwaqt ikunu għaddejjin it-taħditiet, minn nhar it-Tnejn Floriana FC jerġgħu jibdew it-taħriġ tagħhom fil-piċċ sintetiku 7-a-side tax-Xagħra tal-Floriana.
Jingaġġaw goalkeeper Tuneżin
Sadanittant Floriana FC komplew ikunju attivi fil-kampanja akkwisti tagħhom wara li lbieraħ irreġistraw goalkeeper Tuneżin ta’ kalibru.
Il-goalkeeper Tuneżin huwa Lotfi Saidi. Huwa għandu 27 sena u kien jilgħab fit-Tuneżija ma’ Sfaxien. Fil-karriera tiegħu Saidi rebaħ iċ-Champions League tal-Afrika darbtejn u kien meqjus ukoll bħala t-tielet goalkeeper tat-tim nazzjonali.
Floriana ddeċidew li jingaġġaw lil Saidi wara li ħalla impatt fil-ġimgħatejn u nofs li ilu jitħarreġ mal-Greens.
Minbarra Saidi, Floriana għandhom tliet goalkeepers oħrajn li huma Jurgen Micallef, John Agius u Simon Agius b’dan tal-aħħar iżda mistenni jiċċaqlaq.
|
|
Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
|
|
|
|
|