www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Sports
 

Kampjonati Ewropej tal-Atletika f’Barcellona:
Lemaitre jirbaħ ukoll il-200m


Christophe Lemaitre seraq ix-xena fir-raba’ġurnata tal-Kampjonati Ewropew tal-atletika li qegħdin isiru f’Barcellona wara li sar l-ewwel Franċiż li rebaħ id-double fl-isprint wara li lbieraħ rebaħ ukoll il-finali tal-200m.

Lemaitre wettaq rimonta impressjonanti biex żied it-titlu Ewropew tal-200m ma’ dak tal-100m mirbuħ it-Tlieta wara li fid-dritta finali kien jinsab fil-ħames post. Iżda bl-appoġġ tal-ispettaturi, Lemaitre ta dak kollu li seta’ u rnexxielu jissupera b’mod drammatiku lill-Britanniku Christian Malcolm fuq il-linja tad-dħul. Il-bronż intrebħet mill-Franċiż Martial Mbandjock.

Ilbieraħ saru wkoll ħames finali oħra tal-irġiel. Il-Belġjan Kevin Borlee rebaħ il-finali tal-400m segwit miż-żewġ Britanniċi Michael Bingham u Martyn Rooney.

Il-Britannja iżda rebħet id-deheb fil-finali tal-110m hurdles permezz ta’ Andy Turner. Warajh spiċċa l-Franċiż Garfield Darien segwit mill-Ungeriż Daniel Kiss.

Fl-1,500m kien hemm suċċess Spanjol permezz ta’ Arturo Casado. Il-Ġermaniż Carsten Schlangen rebaħ il-fidda u l-Ispanjol Manuel Olmedo rebaħ il-bronż.

L-ewwel finali maskili lbieraħ kienet il-50km walk mirbuħa mill-Franċiż Yohann Diniz segwit mill-Pollakk Grzegorz Sudol u r-Russu Sergey Bakulin.

Sadanittant spiċċat ukoll id-decathlon bil-Franċiż jirbaħ id-deheb b’total ta’ 8453 segwit mill-Olandiż Eelco Sintnicolaas (8436) u Andrei Krauchanke tal-Belarus (8370).

Saru wkoll erba’ finali tan-nisa fit-track mirbuħa kollha mir-Russja.

Fil-finali tal-400m il-podium kien kollu Russu meta Tatyana Firova spiċċat quddiem Kseniya Ustalova u Antonia Krivoshapka.

Suċċess Russu ieħor wasal fit-800m, fl-400m hurdles u fit-3,000m steeplechase. Fl-ewwel finali ħarġet rebbieħa Mariya Savinova segwita mill-Olandiża Yvonne Hak u l-Britannika Jennifer Meadows filwaqt li d-deheb fl-400m hurdles intrebħet minn Natalya Antyukh segwita minn Vania Stambolova tal-Belarus u l-Britannika Perri Shakes-Drayton.

Yuliya Zarudneva rebħet it-3000m steeplechase segwita mill-Ispanjola Marta Dominguez u l-kompatrijotta Lyubov Kharlamova.

F’żewġ finali femminili tal-field, il-Ġermaniża Betty Heidler (76.38m) rebħet il-hammer u r-Russa Svetlana Feofanova rebħet il-pole vault b’qabża ta’ 4.75m.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael
·  Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs
·  Schembri jiskorja
·  James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin
·  Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.