|
I Diviżjoni
Sirens Ritter Sports 9
Exiles Jet Services 14
(2-4, 2-3, 3-5, 2-2)
Il-partita mill-Ewwel Diviżjoni bejn Exiles u Sirens intrebħet b’mod pjuttost faċli minn tal-ewwel biex komplew jikkonfermaw il-forma tajba li kienu fiha.
Għalihom spikkaw partikolarment il-plejers barranin Bonca u Cousin li prattikament sabu x-xibka kull darba għat-tim minn tas-Sliema.
B’Vasovic jistinka biex iżomm lil Sirens fil-logħba wara li Exiles rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, l-aħħar sessjoni kienet sempliċiment amministrazzjoni għal Exiles li ħarġu rebbieħa mingħajr tbatija.
Sirens: Sammut J, Attard A, Mercieca C, Borg P, Montfort K, Mock R, Varga T (3), Cutajar D, Borg J, Zammit C, Vasovic Y (6), Zammit D, Arrigo E
Exiles: Borg Cole A, Rizzo Naudi J, Vassallo S, Bonca CF (7), Sullivan T, Calleja M, Paris J (1), Grixti K, Zarb Cousin A, Cousin A (6), Cachia A, Cini S, Lanzon K
Referees: Centineo GL, Dalli M.
II Diviżjoni
It-tielet rebħa infila għal Ta’ Xbiex
Ta’ Xbiex Mermaids Par. 17
Marsaxlokk 12
(2-3, 5-3, 5-1, 4-5)
Mit-Tieni Diviżjoni, Ta’ Xbiex irreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Marsaxlokk 17-12.
L-ewwel sessjoni marret favor Marsaxlokk 3-2 iżda ż-żewġ sessjonijiet sussegwenti intrebħu minn Ta’ Xbiex 5-3 u 5-1 għal vantaġġ tajjeb fl-aħħar sessjoni.
Din kienet ferm interessanti b’Marsaxlokk jirnexxielhom inaqqsu d-distakk għal tliet gowls biss iżda żewġ gowls minn Gabriel u Caruana serrħu ras Ta’ Xbiex.
Ta’ Xbiex: Xuereb A, Borg L, Caruana D (1), Farrugia A (1), Zammit K, Bugeja C (2), Tabone J, Bonello E, Gabriel D (4), Galea A (4), Azzopardi I, Spiteri M, Gyrovath T (5)
Marsaxlokk: Sammut A, Decker A (4), Calleja R, Pace Lupi D (3), Paris M, Hyzler K (1), Vang C (1), cauchi A, Pisani E, Gambin C, Camilleri T (3), Grima M (1), Camilleri N
Referees: Deraffaele A, Licari S.
|