www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

L-għeneb u l-inbid Malti
minn John Attard Montalto

IS-SETTUR tal-għeneb u l-inbid Malti bħalissa għaddej minn kriżi enor­mi. Il-kompetizzjoni ħarxa li qiegħed jiffaċċja l-inbid Malti ma’ nbejjed barranin impor­tati qiegħda twassal għal nuqqas ta’ bejgħ.

Il-prezzijiet kultant redi­koli li jġorru fuqhom dawn l-inbejjed qeghdin iwasslu biex kemm l-għassara u wisq iktar il-bdiewa Maltin u l-Għawdxin qegħdin jikkom­battu bi sħiħ gwerra mitlufa. Din il-pjaga tkompli tikber meta tara nuqqas ta’ kontroll fuq l-importazzjoni biex ħafna minn dawn l-inbejjed jispiċċaw jiffrankaw il-VAT u l-ECO Tax biex il-prezz tagħhom jibqa’ dejjem jit­baxxa.

Dan kollu wara li l-maġ­ġoranza tad-dwieli fil-gżejjer tagħna ġew imħawlin fis-snin 2004-2006. Illum il-ġurnata, wara biss ħames snin minn dan it-taħwil, ħafna mill-bdiewa qegħdin jistennew iż-żmien neċes­sarju jgħaddi biex ikollhom id-dritt jaqilgħu dawn id-dwieli li huma stess ħawlu b’tant dedikazzjoni u pros­petti sbieħ. Prospetti murijin mill-Gvern ta’ dakinhar li l-produzzjoni tagħhom se jkollha bejgħ sigur.

L-għassara qegħdin isibu­ha diffiċli ferm biex ibiegħu l-inbid iżda fl-aħħar mill-aħħar huma l-bdiewa li qegħdin ibatu l-iżjed għax l-għassara jagħsru l-għeneb li hemm bżonn skont is-suq tal-inbid tagħhom u l-produzzjoni żejda tibqa’ ma wiċċ il-bdiewa u l-familji tagħhom. Dawn il-bdiewa qegħdin jitħallsu wara sena u nofs mingħand l-għassara.

Hawnhekk tidħol l-Orga­nizzazzjoni Produtturi Għe­neb Għall-Inbid – ‘Pro²duc²er Or²gan²i²za²tion’ – b’iktar minn 300 bidwi membru. Din l-Organizzazzjoni tirrappre­żenta madwar 85% tal-bdiewa vitikulturisti Maltin u Għawdxin u qiegħda taħdem bi sħiħ biex tassigura suq vijabbli għall-membri tagħ­ha.

Iżda din l-Organizzazzjoni ma tistax tagħmel mirakli meta l-għajnuna mingħand il-Gvern qiegħda tkun kważi xejn. Din l-Organizzazzjoni jistħoqqilha ħafna iktar għajnuna biex, bi sforz kollettiv mal-għassara lokali, tassigura suq sostenibbli għal dan is-settur.

F’laqgħa li kelli ma’ żewġ rappreżentanti ta’ din l-għaqda ġejt informat dwar il kriżi li qiegħda tiffaċċja l-indus­trija tal-inbid f’Malta u Għawdex. Minkejja t-titjib enormi fil-kwalità tal-inbid jidher li t-turisti japprezzaw l-inbid ta’ pajjiżna aktar mill-istess Maltin.

Jien ma neħodhiex bi kbira peress li ħafna drabi min­għajr ma trid għajnejk imorru fuq il-prezzijiet tal-inbejjed. Hemm issib li l-prezz tal-inbid barrani huwa daqs dak prodott f’pajjiżna, jekk mhux inqas ukoll.

Min-naħa l-oħra ma nis­kantax kif l-istess inbejjed barranin f’restoranti barra minn Mal²ta huma ogħla minn dawk li tixtrihom f’pajjiżna, xi ħaga qiegħed jiġri. Jidher ċar li l-prezz tal-inbid Malti qiegħed jiġi minfuħ f’ħafna restoranti. Bilfors hemm raġuni, tgħid biex jitmexxa l-inbid ta’ barra?

Dan l-inbid barrani qie­għed jidħol Malta kif sup­post? Xi ħaga qed tiġri. Hemm ħtiega li jiġi investigat dan is-suġġett. Huwa ċar li għandna fuq idejna kriżi imminenti għax fil-ġimgħat li ġejjin irid jinġabar l-għeneb mid-dwieli.

Dawk li jipproduċu l-inbid qegħdin isibuha diffiċli biex ma ngħidx impossibbli li jbiegħu l-inbejjed tagħhom f’ammonti raġonevoli. Meta wieħed jikkompara l-prezz li bih jixtrihom direttament mill-ħwienet u ‘su²per²mar²kets’ ma’ dak tar-restoranti, tinduna li dan ikun tliet darbiet jekk mhux aktar li tixtrihom mill-ħwienet u għalhekk mingħajr ma trid għajnejk imorru fuq l-inbejjed barranin.

Il-konklużjoni tiegħi hi li peress li huwa magħruf li t-turisti jkunu jridu nbejjed tal-lokal, il-prezz tal-inbejjed Maltin qiegħed jiġi minfuħ b’mod esaġerat għal qligħ kbir.

Ir-riżultat hu li l-inbejjed Maltin minflok qegħdin jinbiegħu bi kwantità qegħ­din jinbiegħu f’numri żgħar bi qligħ kbir fir-restoranti. Biex tagħqad jien konvint li l-inbejjed barranin mhux kollha qed jitħallas fuqhom dak li hu dovut lejn l-awto­ritajiet.

Kien hemm saħansitra min qalli li grupp ta’ sidien ta’ restoranti ngħaqdu flimkien u niżżlu l-inbejjed minn Sqallija f’vannijiet b’mod klandestin.

Din hija kwistjoni serja li hemm bżonn li tiġi indi­rizzata.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.