www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

L-anzjani jħossuhom emarġinati u esklużi
minn Charmaine Craus

Is-Segretarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani Rose Sammut qalet li b’riżultat ta’ diversi prob­lemi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, l-anzjani llum qed iħossuhom emarġinati u es­klużi mill-bqija tas-soċjetà.

Meta jitwarrbu minn dawk ta’ madwarhom, għax jaħsbu li ma jistgħux jibqgħu jagħtu iżjed kontribut fis-soċjetà, l-anzjani jħossuhom li f’ħajjithom ma baqagħlhomx iżjed skop.

Fl-intervent tagħha matul kon­ferenza bħala parti mill-kampanja tas-Sean Ewropea 2010 fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, Rose Sammut qalet li hija komuni fost l-anzjani l-problema tas-solitudni, li ħafna drabi mbagħad twassal għal dipressjoni. Hija qalet li l-anzjani huma meqjusin bħala l-aktar sezzjoni vulnerabb­li fis-soċjetà iżda dan ma jfissirx li l-kontribut tagħhom m’għandux għalxiex jibqa’ jiġi apprezzat, għax wara kollox, l-anzjani huma dawk li sawwru lil pajjiżna kif nafuh illum.

Fil-preżentazzjoni tagħha, Rose Sammut qalet li kull ċitta­din Malti għandu jirrispetta u jifhem l-anzjani u jgħinhom biex jinżammu inklużi fis-soċjetà. Qalet li hemm tliet diffikultajiet ewlenin li l-anzjani jgħaddu minnhom. L-ewwel problema hija d-diskriminazzjoni li jħossu li ssir kontrihom sempliċiment għax huma anzjani. Anke jekk persuna tkun għadha ma laħqitx din l-età, ta’ 50 sena isssibha diffiċi biex issib xogħol għax min jimpjega jippreferi jsib persuna iżgħar.

Hemm ukoll il-problema tas-saħħa, li meta l-anzjani tibda tonqsilhom, isibuha diffiċli jkomplu jipparteċipaw fis-soċjetà, jekk ma jsibux għajnuna minn ta’ madwarhom u t-tielet problema hija dik finanzjarja, fejn l-anzjani jkollhom jgħaddu biss bil-pensjoni u b’dak li jkunu rnexxielhom ifaddlu.

Rose Sammut spjegat l-għanjiet tal-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni Anzjani u kif il-Kunsill qiegħed jistinka biex jippromwovi parteċipazzjoni attiva tal-persuni anzjani fis-soċjetà u l-komunità.

Matul din il-konferenza, li tmexxiet mid-Direttur tal-Operat tal-Aġenzija Appoġġ Jesmond Schembri, tkellmet ukoll Dr Stephanie Xuereb li elenkat l-għanjiet u s-servizzi tal-kura fil-komunità mid-Dipartiment tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità. Hija qalet li l-persuni anzjani huma utli u ta’ valur intrinsiku fis-soċjetà tagħna. Qalet li li tixjieħ mhijiex xi marda iżda esperjenza pożittiva fejn permezz ta’ għarfien kontinwu u ta’ ġid għal-anzjani, il-persuni anzjani huma mħeġġin jieħdu kontroll fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom.

Għall-konferenza attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità Mario Galea.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.