www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

L-Avukat Ġenerali jappella mill-każ Pierre Bartolo


L-Avukat Ġenerali l-bieraħ appella mis-sentenza li ngħatat fit-13 ta’ Lulju li għadda fil-konfront ta’ Pierre Bartolo fejn dan ma nstabx ħati li fl-aħħar elezzjoni ġenerali pprova jinfluwenza l-mod kif jivvotaw żewġ impjegati tiegħu, Anthony Zammit u Kristylee Bezzina.

Il-każ kellu l-bidu tiegħu fit-3 ta’ Mejju, 2008, meta l-Avukat Anġlu Farrugia għadda rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn fih jingħad li Zammit għamel dikjarazzjoni miegħu fejn qal li ġie mhedded minn Bartolo biex fl-Elezzjoni tat-8 ta’ Marzu, 2008, jivvota lill-Partit Nazzjonalista u jekk ma jagħ­milx hekk kien se jitkeċċa.

Zammit allega li Bartolo talab lil ċertu Edwin Cioffi biex jieħdu jivvota u dan tal-aħħar ta lil Zammit it-telefon ċellulari tal-mara tiegħu biex jieħu ritratt bħala prova li kien ivvota lill-Partit Nazzjonalista.

Fir-rapport tissemma wkoll Bezzina li Bartolo wkoll allegatament ipprova jinfluwenzaha kif tivvota. Fil-fatt din qalet lill-Pulizija li ħassitha ippressata minn Bartolo biex tivvota lill-PN u dakinhar tal-elezzjoni staqsiha jekk ivvotatx u meta qaltlu li tilfet id-dokument tal-vot ċempel lil ommha u staqsieha għalih.

Wara ftit ommha ċemplitlu u qaltlu li sabet il-vot u Bartolo weġibha li jekk ma tivvotax u jitla’ il-Partit Laburista t-Tnejn ta’ wara setgħet ma tmurx għax-xogħol.

Fil-15 ta’ Jannar 2009 Bartolo tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn kien akkużat mill-Ispetturi Anthony Portelli u Daniel Zammit li hedded jew beżża’ liż-żewġ impjegati tiegħu biex jivvotaw b’ċertu mod. Il-każ inqata’ fit-13 ta’ Lulju li għadda fejn Bartolo ma nstabx ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Din id-deċiżjoni wasslet biex il-PN fetaħ attakk fuq id-Deputat Mexxej Laburista speċjalment meta dan tkellem dwar il-każ fil-Parlament. Il-PN saħansitra qal li l-poplu jistenna apoliġija mill-Avukat Farrugia.

Issa kien imiss lill-Avukat Ġenerali li ma qabilx mas-sentenza fejn fl-appell li ressaq il-bieraħ fil-Qorti tal-Appell Kriminali huwa qiegħed isostni li l-Qorti tal-Maġistrati għamlet żball meta ma ppermettitx lill-prosekuzzjoni tikkonfronta lil waħda mix-xhieda (Bezzina) bi stqarrija li kienet għamlet qabel. Fix-xiehda tagħha Bezzina qalet li ivvotat kif riedet hi.

Huwa żied li l-fatt li Bezzina vvotat lill-partit li xtaqet hi m’hu l-ebda skużant għall-azzjonijiet ta’ Bartolo speċjalment meta fix-xiehda tagħha l-impjegata qalet li hija ma kinitx sejra tivvota.

Kien għalhekk li l-Avukat Ġenerali talab lill-Qorti tal-Appell Kriminali biex tħassar is-sentenza mogħtija fil-konfront ta’ Bartolo u tiddikjarah bħala ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.