|
L-attakkant internazzjonali Malti ta’ Valletta, Terence Scerri, sar it-13-il plejer li daħal fil-Klabb tal-100 fil-lista tal-iskorers tal-Kampjonat Malti. Il-gowls tiegħu ġew 85 għal Hibernians u 15 għal Valletta.
F’din il-lista hemm plejers leġġendarji bħal Tony Nicholl li gawda l-ewwel post għal żmiem twil, Stefan Sultana li jinsabu fil-quċċata, it-trio ta’ Floriana, Tony Cauchi, Lolly Borg u Publius Demanuele fost oħrajn, bl-uniku barrani jkun Danilo Doncic li għamel din il-bravura meta fostna lagħab ma’ Valletta u Floriana.
Jidher li Gilbert Agius u Michael Galea jinsabu qrib ħafna li jaqbżu lil Tony Nicholl u mhix xi ħaġa impossibbli li wieħed minnhom anke jisfida lil Sultana għall-ewwel post.
L-aħħar wieħed li daħal fil-lista kien Ivan Woods, eżattament fl-20 ta’ Ottubru, 2006, jiġifieri tliet snin u kważi ħames xhur. Minn dak in-nhar huwa skorja 39 gowl ieħor biex tela’ fis-sitt post tal-klassifika. Bi 13-il gowl ieħor huwa jaqbeż fil-ħames post quddiem Doncic.
Il-logħbiet u l-gowls ta’ Terence Scerri
Staġun Logħbiet Gowls
2000-01 2 0
2001-02 6 2
2002-03 20 5
2003-04 21 8
2004-05 24 12
2005-06 19 7
2006-07 21 14
2007-08 23 11
2008-09 26 26
2009-10 19 15
Total 181 100
L-aqwa skorers ta’ kull żmien
197 – Stefan Sultana (Ħamrun S./Hibernians/Ħamrun S.)
173 – Tony Nicholl (Sliema W.)
171 – Gilbert Agius (Valletta)
167 – Michael Galea (Birkirkara)
151 – Danilo Doncic (Valletta/Sliema W.)
139 – Ivan Woods (Pietà H./Valletta/Sliema W.)
134 – Joe Zarb (Hamrun S./Valletta)
125 – Tony Cauchi (Floriana)
123 – Adrian Mifsud (Rabat A./Hibernians)
108 – Joe Brincat (Hamrun S./Floriana/Birkirkara/Sliema W.)
106 – Lolly Borg (Floriana)
101 – Publius Demanuele (Floriana)
100 – Terence Scerri (Hibernians/Valletta)
|