www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Editorjal
 

Il-faqar jeżisti!


Il-faqar f’Malta jeżisti. Għalkemm il-Gvern jipprova jnaqqas dan il-fatt, l-Unjoni Ewropea tikkonfermah. Meta wieħed iqis li 14% tal-poplu Malti u Għawdxi jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar ma naħsbux li hu opportun li xi ħadd jibqa’ jagħlaq għajnejh għal tali sitwazzjoni. Azzjoni hija meħtieġa u issa!

Mill-istatistika ppubblikata mill-UE ħareġ li l-aktar persuni li jinsabu jgħixu fil-faqar huma żgħażagħ taħt is-17-il sena kif ukoll anzjani li għandhom aktar minn 65 sena. Żewġ kategoriji fis-soċjetà li għandhom bżonn l-aktar għajnuna.

Iż-żgħażagħ, li huma l-preżent u l-futur ta’ kull soċjetà… Kif jista’ żagħżugħ iħares lejn il-futur b’mod pożittiv meta llum hu mċaħħad minn ħafna affarijiet jew saħansitra m’għandux x’jiekol? Kif tista’ persuna taħt is-17-il sena tħares ’il quddiem biex għada pitgħada tibni familja?

Persuni li minflok qegħdin jieħdu l-indipendenza tagħhom, kif wieħed jistenna, qegħdin jispiċċaw dipendenti fuq ħaddieħor.

L-anzjani li tant ħadmu u stinkaw biex jgħajxu l-familji tagħhom illum spiċċaw lampa stampa. Ħallsu daqshekk taxxi u bolol biex meta jaslu f’din l-età jkollhom moħħhom mistrieħ li jistgħu jgħixu diċenti, iżda bil-maqlub sabu inċertezza totali.

Din il-kategorija vulnerabbli fis-soċjetà Maltija, bħal f’kull soċjetà oħra, spiċċat tittallab il-karità. Spiċċat b’dak li hu bi dritt tagħha titilfu wkoll. Qegħdin nirreferu għal mediċini b’xejn mill-ispiżeriji tal-Gvern. Anke jekk għandhom kull dritt jieħdu dan il-benefiċċju, it-tkarkir tas-saqajn tal-awtoritajiet biex isolvu l-problema tal-‘out of stock’ qed jgħabbihom b’piżijiet kbar ġodda.

Kull żagħżugħ/a u anzjan/a fi problemi finanzjarji jeħtieġu s-sostenn u l-għajnuna kollha meħtieġa tal-poplu u l-Gvern.

Punt importanti li ħareġ mill-istatistika tal-UE kien li ċ-ċittadini ta’ kull pajjiż huma tal-opinjoni li l-ħolqien tax-xogħol hu l-ideali biex jiġi miġġieled il-faqar. B’dispjaċir ngħidu li minkejja kull ftaħir mill-Gvern u l-forċini tiegħu, ix-xogħol mhux qed jinħoloq, jew jiżdied. Anzi l-istess Gvern qed jagħmel is-sitwazzjoni aktar diffiċli.

Jekk 14% tal-poplu diġà jinsabu jgħixu fil-faqar, kemm se jammontaw fiż-żmien li ġej frott ir-riperkussjonijiet tal-kontijiet il-ġodda tad-dawl u l-ilma. Is-57,444 Malti u Għawdxi li bħalissa jgħixu fil-miżerja kemm se jiċċaħħdu minn aktar affarijiet biex għall-inqas ikollhom id-dawl u l-ilma.

Iżda għall-Gvern kollox miexi sew!

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Editorjal
·  Saborra ta’ GonziPN


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.