www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Il-mara li nstabet mejta fil-baħar fil-Manikata:
L-awtopsja turi li mietet kawża ta’ għarqa
minn John Pisani

Mary Vella ta’ 50 sena mill-Mosta li tard nhar il-Ġimgħa nstabet mejta fil-baħar fl-inħawi tal-Manikata, irriżulta mill-awtopsja li mietet kawża ta’ għarqa.

Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m. fl-inħawi magħrufin bħala x-Xagħra tal-Manikata limiti tal-Mellieħa.Il-mara kienet taf sew il-post peress li kienet tmur għall-kwiet biex tistad f’wieħed mill-isbaħ postijiet ta’ Malta. Il-mara, omm ta’ żagħżugħ ta’ 22 sena, nhar il-Ġimgħa fis-7.30 a.m. marret bil-karozza tagħha, Hyundai Accent, biex tistad bil-qasba. Jidher li Vella x’aktarx ħassa ħa­żin jew żelqet u spiċċat fil-baħar.

Mill-awtopsja rriżulta li hija mietet mgħarrqa peress li fil-pulmun instabilha l-ilma baħar u għalhekk kienet għadha ħajja meta spiċċat fil-baħar. Dan iżda ma jfissirx li bilfors kienet konxja.

Ġeneralment il-mara kienet tirritorna d-dar bejn l-4.00 p.m. u l-5.00 p.m. iżda nhar il-Ġimgħa Mary naqset milli tmur lura d-dar. Hija nstabet mejta f’baħar baxx fejn ġarrha l-kurrent distanza ta’ madwar 50 metru minn fejn marret biex tistad.

Dan jirriżulta għax fejn marret tistad instabu l-affarijiet tagħha personali kif ukoll l-għalf u l-basket.

pisani.journalist@gmail.com

http://www.johnpisani.net


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  25% TAT-TWELID BARRA Z-ZWIEG:
Malta ma’ tal-aħħar fl-infiq għall-ħarsien soċjali
·  It-tragedja tal-kamra tan-nar tal-Gharb:
Il-funerali posposti sakemm ikunu identifikati l-kadavri
·  It-traġedji ta’ splużjonijiet f’kumplessi tan-nar:
Għaxar vittmi tan-nar matul din is-sena
·  Il-qtil tal-miljunarju Rockefeller fl-Awstralja:
Disa’ snin ħabs għal raġel ta’ dixxendenza Maltija
·  Tnaqqis fil-produzzjoni u l-valur tal-laħam
·  Negozji fil-Belt “iridu jinbidlu radikalment”
·  Iffirmata l-konvenzjoni għall-protezzjoni tat-tfal
·  Jinħatru l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali
·  18,000 barrani f’Malta
– maġġoranza minn barra l-Ewropa
·  Libjan jisraq €5,000 lil min
kien se jixtri karozza mingħandu
·  Ġuvnott imiss il-parti privata ta’ kuġintu
·  Il-Pulizija tuża ‘pepper spray’ waqt il-festa tan-Naxxar
·  Direttur ta’ kumpanija tal-logħob
mixli li għamel qligħ b’qerq
·  Reġistrata żieda qawwija fil-vakanzi u placements
·  L-esportazzjoni u l-importazzjoni:
L-iżbilanċ ikompli jikber


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.