www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Inżommu lill-Gvern responsabbli għall-piżijiet li qed iġarrab il-poplu – Tony Zarb


Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU), Tony Zarb, ilbieraħ qal li l-GWU żżomm lill-Gvern tal-ġurnata responsabbli għall-piżijiet li qed jerfa’ l-poplu bħalissa u għat-tbatijiet li għaddejjin minnhom il-familji Maltin. Is-Sur Zarb kien qed jagħmel id-diskors tal-għeluq f’seminar organizzat mill-Fondazzjoni Reggie Miller fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara. Fis-seminar ħadu sehem fost oħrajn Dr Lydia Abela, Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista; Dr Paula Mifsud Bonnici, President tal-Kunsill tal-Partit Nazzjonalista; u d-Deputati Parlamentari Dr Justyne Caruana u David Agius.

Is-Sur Zarb qal li tinħass il-ħtieġa li leħen il-mara jinstema’ aktar u fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara wieħed għandu jaħseb fid-diffikultajiet li l-mara għaddejja minnhom f’pajjiżna. Huwa semma kif aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed ikun hawn nisa li fuq il-post tax-xogħol jiġu sfruttati b’xogħol prekarju. Il-GWU ilha aktar minn sena tistenna lill-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu azzjoni dwar dan.

“Ma jistax ikun li jibqa’ jkollna nisa li jitħallsu inqas mill-paga minima, jew nisa li jaqilgħu l-paga minima u li malli jsarrfu ċ-ċekk tal-paga jkollhom jagħtu parti mill-flus lil min iħaddimhom. Ma jistax ikun li jibqa’ jkun hawn nisa li jingħataw nofs il-paga tagħhom bħala prodotti tal-post tax-xogħol fejn jaħdmu,” sostna s-Sur Zarb filwaqt li qal li l-problema tal-GWU hija li meta tiġi biex tmexxi dawn l-affarijiet ‘il quddiem, tant hawn biża’ fil-pajjiż li l-persuni kkonċernati jitolbu li ma jissemmewx għax inkella jitkeċċew mix-xogħol, u għalhekk jibqgħu jiġu sfruttati.

“L-appell tagħna hu li n-nisa Mal­tin, jaħdmu fejn jaħdmu, għandhom ikunu jagħmlu parti mill-GWU – l-akbar unjin ta’ pajjiżna u l-unjin li ka­paċi tħares l-interessi tagħhom,” saħaq il-kelliem. Huwa żied jgħid li f’dawn l-aħħar jiem wara l-protesta nazzjonali kontra t-tariffi tad-dawl u l-ilma, resqu lejn il-GWU numru ta’ nisa ‘self-employed’ li wkoll għand­hom problemi kbar fil-qasam tax-xogħol tagħhom u li wkoll għandhom posthom fi ħdan din l-unjin.

Is-Sur Zarb semma wkoll l-ittra miktuba minn persuna qrib tal-GRTU li stqarr li hu ma jħaddimx nisa, u dan minħabba l-ħtiġijiet tagħ­­hom b’rabta mat-tqala u mal-kura tat-tfal. “Mela issa se nibdew inħarsu lejn il-mara bħala persuna tat-tieni klassi?” staqsa s-Sur Zarb, filwaqt li sostna li jistenna li l-GRTU tikkundanna l-istqarrija ta’ dan l-individwu.

Huwa żied jgħid li f’pajjiżna hawn bosta nisa tad-dar u ‘single mothers’ li qegħdin isibu diffikultajiet kbar biex isostnu l-familja minħabba l-piżijiet li qegħdin jiġu mġegħlin jerfgħu. L-għoli tal-ħajja, it-tariffi tad-dawl u l-ilma u ż-żie­da fil-prezzijiet tal-mediċini, fost oħ­rajn, qegħdin jikkawżaw tbatijiet kbar fil-familji.

“Aħna bħala GWU qegħdin in­­żom­mu lill-Gvern tal-ġurnata res­­ponsabbli għal dawn it-tbatijiet. Dawn huma tbatijiet li l-Gvern għandu r-responsabbiltà li jnaqqas­hom. Il-Gvern kellu okkażjoni tad-deheb biex jagħmel dan meta l-poplu sem­ma’ leħnu fil-Belt. Iżda l-Gvern, minflok ħa l-messaġġ li ppro­va jwassallu l-poplu, għalaqlu l-bieb tal-Parlament f’wiċċu. Il-GWU twiegħed, mhux biss lin-nisa iżda wkoll lill-irġiel Maltin, li se tib­qa’ timbotta ’l quddiem biex tara kif tista’ ttaffi dawn il-piżijiet. U se tagħmel dan b’responsabbiltà minkejja kull attakk li jista’ jsir fuqha,” kompla s-Sur Zarb.

Huwa kkundanna l-fatt li bnie­dem ta’ dinjità bħalma hu John Ben­cini jiġi attakkat b’dak il-mod fil-midja, u sostna li s-Sur Bencini għandu s-solidarjetà sħiħa tal-GWU. “L-unika ħaġa li għamel John Bencini kienet li għamel xogħlu, l-istess bħalna, biex isemma’ l-karba tal-poplu. U xogħolna se nibqgħu nagħmluh, aktar u aktar meta niftakru fl-istatistika li ħarġet dan l-aħħar,” qal is-Sur Zarb.

Huwa fakkar li skont din l-istatistika, 60,000 persuna f’pajjiżna jinsabu f’xifer il-faqar u 16% tan-nisa Maltin jinsabu f’xifer il-faqar ukoll. “Mela kif jippretendu li l-unjins idawru wiċċhom qisu mhu qed jiġri xejn?” staqsa l-kelliem. “Huwa dmirna li naġixxu, u ħadd u xejn mhu se jwaqqafna, minkejja kull kritika u kull attakk li jista’ jsir fuqna. Se nibqgħu naħdmu u nsemmgħu le­­ħinna għax aħna nħossu l-polz tal-poplu u m’aħniex maqtugħin min­nu. Ħadd mhu akbar mill-poplu u għalhekk għandu jsir dak li jrid il-poplu. Għalhekk fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se nkunu fuq quddiem biex nibqgħu niddefenduh.”


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  25% TAT-TWELID BARRA Z-ZWIEG:
Malta ma’ tal-aħħar fl-infiq għall-ħarsien soċjali
·  It-tragedja tal-kamra tan-nar tal-Gharb:
Il-funerali posposti sakemm ikunu identifikati l-kadavri
·  It-traġedji ta’ splużjonijiet f’kumplessi tan-nar:
Għaxar vittmi tan-nar matul din is-sena
·  Il-qtil tal-miljunarju Rockefeller fl-Awstralja:
Disa’ snin ħabs għal raġel ta’ dixxendenza Maltija
·  Tnaqqis fil-produzzjoni u l-valur tal-laħam
·  Negozji fil-Belt “iridu jinbidlu radikalment”
·  Iffirmata l-konvenzjoni għall-protezzjoni tat-tfal
·  Jinħatru l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali
·  18,000 barrani f’Malta
– maġġoranza minn barra l-Ewropa
·  Libjan jisraq €5,000 lil min
kien se jixtri karozza mingħandu
·  Ġuvnott imiss il-parti privata ta’ kuġintu
·  Il-Pulizija tuża ‘pepper spray’ waqt il-festa tan-Naxxar
·  Direttur ta’ kumpanija tal-logħob
mixli li għamel qligħ b’qerq
·  Reġistrata żieda qawwija fil-vakanzi u placements
·  L-esportazzjoni u l-importazzjoni:
L-iżbilanċ ikompli jikber


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.