www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Sports
 

Possibbiltà kbira li Tyrone Farrugia
jingħaqad ma’ klabb Russu dan ix-xahar


Il-konfront “kruċjali” ta’ Msida St. Joseph ta’ nhar il-Ħadd, li ġej, fil-Hibernians Stadium kon­tra Floriana, tista’ tkun l-aħħar waħda għall-midfielder Tyro­ne Farrugia hekk kif proprju dan ix-xahar jista’ jiffirma mal-klabb Russu tal-Ewwel Diviżjoni, FC Khimki.

Jingħad li nhar is-Sibt, li ġej, rappreżentanza tal-klabb Russu se tiltaqa’ mal-kumitat ta’ Msida St. Joseph bil-possibbiltà li jsir dan it-trasferiment hekk kif nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ dan ix-xahar, Tyrone, għandu jmur ir-Russja biex jingħaqad mal-iskwadra ta’ FC Khimki li qed tħejji għall-istaġun il-ġdid li jibda fit-tieni ġimgħa ta’ Marzu.

It-taħditiet ilhom għaddejjin fejn id-diriġenti Russi, b’mod speċjali l-kowċ, Aleksandr Tark­hanov, kienu sodisfatti ħafna bil-prestazzjonij­iet tal-midfiel­der internazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena wara li ntbagħtu scouts biex isegwu l-progress tiegħu kif ukoll raw bosta videos tiegħu fl-azzjoni.

Għaldaqstant, nhar is-Sibt li ġej għandu jiġi kkonfermat kol­lox.

Ta’ min jgħid li FC Khimki, li twaqqfu fl-1997, għadhom kif tilfu posthom mill-Kampjonat Premier Russu wara li spiċċaw fl-aħ­ħar post.

Interessanti l-fatt li jinsabu f’ġemel­laġġ mal-klabb ta’ Dinamo Mos­cow fejn anke jissupplixxu plejers żgħażagħ b’poten­zjal stra­­ordinarju biex ikomplu l-karriera tagħhom ma’ wieħed minn fost l-aqwa klabbs fir-Rus­sja.

Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-president ta’ Msida St. Joseph, is-Sur Robert Farrugia, li huwa wkoll missier Tyrone, biex jieħu l-kummenti tiegħu dwar il-possibbiltà ta’ dan it-trasferi­ment:

“Nista’ nikkonferma li nhar is-Sibt li ġej se nitkellmu mad-diriġenza Russa iżda f’dan l-is­tad­ju ma nista’ ngħid xejn aktar għax xejn ma għadu kkonfermat.

“Aħna, bħala klabb ma ntel­lfu l-ebda opportunità lill-ebda plejer iżda fl-istess waqt rridu nġibu l-interessi tal-klabb l-ew­wel u qabel.”

Tyrone huwa prodott tal-klabb Msidjan fejn fl-ogħla di­viżjoni s’issa lagħab 122 partita li fihom skorja 17-il gowl wara li għamel id-debutt nhar it-30 ta’ Settembru, 2004, fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Lija Athletic, fl-Istadium Nazzjonali, meta fl-aħħar għaxar minuti daħal jilgħab fil-post ta’ Dino Cachia.

L-ewwel gowl tiegħu wasal fl-10 ta’ Settembru, 2005, fir-rebħa ta’ 4-2 fuq Floriana, fit-23 minuta, meta fetaħ l-iskor.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali
·  Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet
·  Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC
·  Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba
·  Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.