www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Sports
 

UEFA:
Jitħabbru d-dati tal-Elite Round
tal-Kampjonati ta’ Taħt is-17-il sena


Proprju l-bieraħ tħabbru d-dati, il-ħinijiet u l-grawnds tal-Elite Round, li fih it-tim nazzjonali Malti ta’ Taħt is-17-il sena se jilgħab matul ix-xahar id-dieħel.

Fil-veritŕ, dan ir-rawnd se jservi għall-kwalifikazzjoni tal-ediz­zjoni finali tal-Kampjonati Ewropej li se tintlagħab f’Liech­tenstein matul ix-xahar ta’ Mejju li ġej.

It-tim Malti, immexxi mill-kowċ Charles Scerri, se jilgħab fi Grupp 7 flimkien ma’ l-Ingilterra, Slovakkja u Svezja liema tournament se jintlagħab, fl-Ingilterra, bejn is-27 ta’ Marzu u l-1 ta’ April biż-żewġ grawnds ikunu ta’ Burton Albion u dak ta’ Northampton Town



Il-logħbiet ta’ dan il-grupp huma:

Is-Sibt, 27 ta’ Marzu:

1.00 p.m.: Slovakkja v Malta (Burton Albion)

3.00 p.m.: Ingilterra v Svezja (Northampton Town)



It-Tnejn, 29 ta’ Marzu:

3.00 p.m.: Svezja v Slovakkja (Northampton Town)

7.00 p.m.: Ingilterra v Malta (Burton Albion)



Il-Ħamis, 1 ta’ April:

7.00 p.m.: Slovakkja v Ingilterra (Northampton Town)

7.00 p.m.: Malta v Svezja (Burton Albion)



Il-Maltin ikkwalifikaw għal dan ir-rawnd wara li ġew ikklassifikati, flimkien mal-Finlanjda, bħala l-aħjar żewġ timijiet li spiċċaw fit-tielet post mill-gruppi kollha.

Huma lagħbu tliet partiti, f’mini-tournament, li ntlagħab f’Andorra bir-riżultati jkunu - 22.10.09 v Irlanda ta’ Fuq 0-2; 24.10.09 v Olanda 2-1; 27.10.09 v Andorra 0-0.

Din kienet l-ewwel darba li tim Malti rnexxielu jissupera r-rawnd preliminari f’kompetizzjoni nternazzjonali.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali
·  Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet
·  Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC
·  Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba
·  Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.