Din kienet it-tieni darba dan l-istaġun li Dos Santos rebaħ dan l-unur, bl-ieħor ikun dak ta’ Ottubru, 2009.
Matul ix-xahar ta’ Jannar, Dos Santos lagħab ħames partiti - kontra Floriana (2-1), Sliema Wanderers (2-4), Msida St. Joseph (3-1), Qormi (2-0) u Valletta (2-2). Huwa ġie ssostitwit darba biss, fil-logħba kontra Valletta, fit-88 minuta.
F’dawn il-ħames partiti huwa skorja erba’ gowls - kontra Floriana, Sliema Wanderers, Qormi u Valletta.
Dos Santos ġie ppreżentat bit-trofew mill-manager tal-Bank Of Valletta tal-fergħa ta’ Raħal il-Ġdid, is-Sur Charles Grech Soler. Il-kunvent tal-Ursolini se jibbenifiaw mill-għotja finanzjarja.
|