www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Dr Lydia Abela tinħatar Segretarju Eżekuttiv tal-PL


Irrid nirringrazzja u nuri s-sodisfazzjon tiegħi għall-fiduċja li wera fiha Dr Joseph Muscat. Jien ġejja minn familja tal-ħaddiema. Familja Laburista minn Bormla. Se nkun qiegħda nassisti lill-Mexxej Laburista. Irrid politika nadifa, li ma tiddiskriminax u fuq kollox partit inklussiv.”

Hekk sostniet l-avukatessa Bormliża Lydia Abela, waqt li l-Mexxej Laburista, Joseph Muscat ippreżentaha lill-istampa lbieraħ filgħaxija bħala s-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali. Lydia Abela, tiġi mart Robert Abela – it-tifel tal-President tar-Repubblika, Dr George Abela.

Lydia Abela ġiet avviċinata mill-Mexxej Laburista stess biex tikkontesta l-kariga u hi ġiet magħżula b’votazzjoni sigrieta unanima tal-eżekuttiv nazzjonali.

L-avukatessa Lydia Abela, spjegat li r-rwol tagħha se jkun wieħed attiv u li se tassigura li l-istrutturi tal-Partit Laburista mhux biss ikunu mera tas-soċjetà imma jirriflettu dak li verament jemmnu. Saħqet li l-moviment irid jiġbor fih lill-ħaddiema, ‘self employed’, il-persuni tal-klassi tan-nofs, anzjani, u żgħażagħ. Enfasizzat li hi se tara li bil-ħidma li ssir dan il-moviment ikompli jikber u jitkattar, b’politika nadifa u li ma tiddiskriminax.

Min-naħa tiegħu l-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, qal li din il-ħatra tirrifletti ir-rwol tal-mara tas-soċjetà. Waqt li ddeskriva lil Lydia Abela bħala storja ta’ suċċess, irrimarka li kien hu stess li avviċina lil Lydia għall-kwalitajiet li għandha fosthom dik tal-bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u l-familja.

L-Avukatessa Lydia Abela, minn Bormla twieldet nhar it-18 ta’ Ottubru 1978 u hi t-tielet fost ħames ulied ta’ Anthony u Emanuela Zerafa. Ħadet l-edukazzjoni tagħha fil-Liċeo Maria Reġina, fi Blata l-Bajda u studjat fl-Università ta’ Malta.

Għal numru ta’ snin ħadet sehem attiv fil-qasam tal-volontarjat fosthom dak edukattiv u soċjali fil-lokalità tagħha u għal xi żmien f’organizazzjoni oħra filantropika.

Fis-sena 1999 kisbet il-Baċellerat fl-Istudji Legali u fis-sena 2000 gradwat bħala Nutar Pubbliku. Fis-sena 2001 kisbet diploma biex tipprattika bħala avukat quddiem it-tribunal ekkleżjastiku.

Fis-sena 2002 kisbet Dottorat fil-Liġi u fl-istess sena kisbet Master Degree fil-Liġi Marittima mill-International Maritime Organisation.

Dr Abela, ilha tipprattika bħala avukat fil-Qorti ta’ Malta għal dawn l-aħħar seba’ snin u tispeċjalizza fil-liġi matrimonjali, ċivili, industrijali u marittima. L-avukatessa Abela hi miżżewġa lill-Avukat Robert Abela.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  25% TAT-TWELID BARRA Z-ZWIEG:
Malta ma’ tal-aħħar fl-infiq għall-ħarsien soċjali
·  It-tragedja tal-kamra tan-nar tal-Gharb:
Il-funerali posposti sakemm ikunu identifikati l-kadavri
·  It-traġedji ta’ splużjonijiet f’kumplessi tan-nar:
Għaxar vittmi tan-nar matul din is-sena
·  Il-qtil tal-miljunarju Rockefeller fl-Awstralja:
Disa’ snin ħabs għal raġel ta’ dixxendenza Maltija
·  Tnaqqis fil-produzzjoni u l-valur tal-laħam
·  Negozji fil-Belt “iridu jinbidlu radikalment”
·  Iffirmata l-konvenzjoni għall-protezzjoni tat-tfal
·  Jinħatru l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali
·  18,000 barrani f’Malta
– maġġoranza minn barra l-Ewropa
·  Libjan jisraq €5,000 lil min
kien se jixtri karozza mingħandu
·  Ġuvnott imiss il-parti privata ta’ kuġintu
·  Il-Pulizija tuża ‘pepper spray’ waqt il-festa tan-Naxxar
·  Direttur ta’ kumpanija tal-logħob
mixli li għamel qligħ b’qerq
·  Reġistrata żieda qawwija fil-vakanzi u placements
·  L-esportazzjoni u l-importazzjoni:
L-iżbilanċ ikompli jikber


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.