www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

100 sena ilu kien twieled “miġnun”!


Meta qassis Malti, Dun Mikiel Azzopardi, 50 sena ilu ddeċieda li jagħmel xi ħaġa biex joħroġ tfal b’diżabilità mill-kantini fejn kienu jinżammu moħbijin mill-familji tagħhom madwar il-gżejjer Maltin, l-Arċisqof ta’ dak iż-żmien Mikiel Gonzi sejjaħlu “miġnun”.

L-Arċisqof ma kellux fidi fil-Pro­vi­denza u għalhekk ra li biċċa xo­għol bħal din, li kienet tinħtieġ ħaf­na flus mhux biss biex issir imma anke biex titkompla, ma ki­netx possibbli anzi kienet “ġen­na­­ta”.

Imma Dun Mikiel Azzopardi (ritratt) kellu rasu iebsa aktar minn tal-Arċisqof u minkejja li dan tal-aħħar tant ħadha miegħu li saħansitra sejjaħlu “miġnun”, l-istorja turi li fl-aħħar mill-aħħar għaddiet tal-qassis.

Prova ta’ dan mhux biss hi d-dar li l-qassis fetaħ għal nies b’diżabilità (Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi), li għadha tagħmel il-mirakli sal-lum, imma anke l-mod kif aħna tgħallimna nistmaw lit-tfal b’diżabilità tagħna, li flok nitfgħuhom f’kantini, bħalma kien jiġri fil-passat, qegħdin nintegrawhom b’mod b’saħħtu fis-soċjetà.

Bil-mod titwemmen, imma l-is­tor­ja turi wkoll li l-aktar biċċa xo­għol diffiċli għal dan il-qassis ma ki­nitx li jikkonvinċi lill-Arċisqof jew li jibni din id-dar, imma fl-aħ­ħar mill-aħħar li jsib lit-tfal u nies b’diżabilità li tant kienu jinħbew tajjeb li kultant lanqas l-istess ġirien ma kienu jkunu jafu li jeżistu.

Il-passat tagħna fejn jikkonċerna nies b’diżabilità hu wieħed tal-mistħija, imma dan issa ħassarnih darba għal dej­jem bis-saħħa ta’ Dun Mikiel Azzopardi, li nhar l-Erbgħa, fil-festa ta’ San Pawl, infakkru l-100 sena mit-twelid tiegħu.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  L-isplużjoni tal-kamra tan-nar fl-Għarb:
SITTA L-VITTMI
·  Jerġa’ jogħla l-prezz tad-dqiq…
u mistennija żieda oħra f’Ottubru:
Furnara msallbin bl-ispejjeż
·  Ġrieħi gravi wara aċċident fit-triq ta’ Ħal Luqa:
Jaħbat ma’ siġra
·  Aktar minn erba’ xhur jistenna d-dawl!
·  Aktar inkonvenjent fil-Marsa bi ġrieden li joħorġu billejl
·  Il-Monument tal-Assedju l-Kbir jitlesta mir-restawr
·  L-eżenzjoni mill-eko-kontribuzzjoni:
GreenPak tibgħat l-ewwel 53 applikazzjoni
·  Ftehim kollettiv għall-ħaddiema
tal-Malta Air Traffic Services Ltd
·  Taljan jinqabad wara overdose tal-‘liquid ecstasy’
·  Jiċħad storja tal-Maltatoday
·  Norman Lowell jiftaħ attakk kontra l-Qorti Kostituzzjonali:
Il-kawża tiegħu differita għar-raba’ darba
·  L-aħħar diskors tal-Prim Imħallef Vincent Degaetano
·  Miet missier il-Prim Ministru Lawrence Gonzi
·  Inkwiet mill-ġdid bejn sajjieda Tuneżini u Maltin:
L-“Aladdin” f’inkwiet ma’ sajjieda Maltin


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.