www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Sports
 

Tigrijiet taz-zwiemel:
Il-favorit Think Yatzee ma jfallix fl-aqwa finali
minn Sacrobate

F’temp mill-aktar xitwi, f’riħ qawwi, kultant xita qawwija u f’xi ħinijiet ħarġet ix-xemx ukoll, il-bieraħ fil-Marsa sar is-seba’ programm tal-istaġun dominat minn ħames finali mill-Kampjonat U*Bet kollu miftuħ għal żwiemel li ġew importati mill-Isvezja.

L-aktar finali mistennija rat żwiemel ta’ Klassi Premier u f’din minkejja li beda mit-tieni filliera bħala favorit ’odds-on’ beda Think Yatzee misjuq minn Clint Vassallo. Nistgħu ngħidu li dan flimkien ma’ Tough East u Isolated, b’dawn it-tnejn jibdew minn quddiem, fetħu l-aktar veloċi. Ma damx ma ingħaqad ma’ dawn, Arnie Sensation li wkoll bħal Think Yatzee beda minn wara.

Isolated misjuq minn Noel Baldacchino mar quddiem u mexxa l-kumplament għal ħinijet twal sakemm inqabeż minn Think Yatzee b’dan tal-aħħar beda jiġri man-naħa ta’ barra. Kien hemm mumenti speċjalment fl-aħħar dritta finali, li Bello Fratello misjuq minn Charles Camilleri deher li seta jgħaddi lill-favorit meta resaq ħafna viċin.

L-aħħar metri komplew ikkonfermaw is-saħħa li għandu Think Yatzee li reġa’ sab for­za oħra biex spiċċa rebbieħ bi ftit quddiem Bello Fratello filwaqt li Arnie Sensation spiċċa t-tielet b’Tough East jispiċċa r-ra­ba’.

Wara l-final kif sar fl-erba’ finali l-oħra li saru l-bieraħ, is-Sur Mario Cassar General Manager tal-Maltco Ltd, flimkien ma’ uffiċjali ta’ l-ATG li ġew apposta mill-Isveżja, qassmu t-trofew sbieħ lir-rebbieħa.

Fl-ewwel final miftuħa għall-Klassi Copper, assistejna għal wirja mill-aqwa tad-debba, Juliette Rodney, misjuqa minn sidha stess, Ġorġ Attard. Din fl-ebda ħin mit-tiġrija l-ewwel post qatt ma tilfitu minkejja li minn ħin għall-ieħor ġiet attakkata minn diversi żwie­mel fosthom Cash Collector li wasal iżda sat-tieni post. Wara dawn spiċċaw f’dik l-ordni, All The World u Kenta Laday.

Il-veteran Raymond Clifton kien strumentali ħafna fir-rebħa li kiseb permezz ta’ Internet fil-final riservata għall-Klassi Bronze. Dan bħal final ta’ qabilha, iddomina mill-bidu sal-aħħar. Kien hemm attakk qawwi li wasal tard minn Ingo Moon biex wasal fit-tieni post mentri Lancaster u d-debba Xenia Mic spiċċaw fil-postijiet l-oħra. Ta’ min isemmi li din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal Internet dan l-istaġun.

Waslet imbagħad il-final miftuħa għall- Klassi Silver fejn f’din ukoll kien hemm dominanza assoluta ta’ Noble Spirit li nsaq minn Noel Baldacchino. Wara li wara ftit metri mar quddiem, ikkontrolla tajjeb it-triq kollha u nistgħu ngħidu li fl-ebda ħin it-tiġrija ma kellu l-ebda attakk fuqu. Kien biss fid-dritta finali li ġie b’saħħtu ħafna Gigo Lloyd b’dan tal-aħħar iżda kellu jikkuntenta bit-tieni post. Fit-tielet u r-raba’ post spiċċaw Aces Americ u Gingoro.




Il-finali l-oħa mill-Kampjonat U*Bet kienet tiġrija oħra mistennija u rat żwiemel ta‘ Klassi Gold. It-tmiem ta’ din kien wieħed eċċitanti ħafna bir-rebbieħ ikun Power Cape misjuq minn Carl Caruana. Dan kellu ġiri veloċi t-triq kollha u rebaħ quddiem Charlie Smitt filwaqt li Biggles Coquet u Angel Victory spiċ­ċaw wara l-ewwel tnejn.

Ġenerali ta’ min jgħid li l-U*Bet Championship kien wieħed sabiħ u pprovda diversi heats u finali mill-aktar sbieħ u jawgura tajjeb għas-snin li ġejjin.

Minbarra dawn il-ħames tiġrijiet, il-programm offra ħames tiġrijiet oħra, erbgħa tat-trott bl-oħra tkun miftuħa għal tal-galopp.

L-ewwel tiġrija kienet miftuħa għall-Klassi Bronze fejn f’din assistejna għall-wirja ferm pożittiva tad-debba Larissa du Breil misjuqa minn Brian Hili. Din rebħet quddiem Bankir zon fost oħrajn.

Fi Klassi Silver ġrew ħmistax fosthom żewġ debuttanti. Wieħed minn dawn tal-aħħar, il-Franċiż Norigan Noir misjuq minn Noel Baldacchino rebaħ fl-ewwel dehra tiegħu f’pajjiżna. Dan huwa Franċiż ta’ 11-il sena iben Chaillot. Ir-rebħa tal-bieraħ waslet quddiem King de Bourdenay.

B’din ir-rebħa flimkien ma’ dik ta’ Noble Spirit, is-sewwieq Noel Baldacchino kompla saħħaħ postu fl-ewwel post ta’ l-aqwa sewwieq għas-sena 2010.

L-isbaħ tmiem tul il-programm kollu kien dak fi Klassi Gold. Kienu nvoluti erba’ żwiemel li daħlu viċin xulxin. Bi ftit ir-rebħa marret għal Kaki de Peyrahout misjuq minn Emanuel Gafa. Dan daħal bi ftit quddiem Incisa Real, Faverol u Agobra Bingo li kollha spiċċaw qrib xulxin.

Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal Kaki de Peyrahout proprjetà tas-Sur Ivan Borg, li kkonferma li bħalissa jinsab f’forma kbira. Kaki de Peyrahout jiġi iben il-magħruf Larabello.

Fl-unika tiġrija tal-galopp rajna żwiemel jikkompetu fl-ewwel heat tal-kompetizzjoni sponsorjata minn Burmarrad Commercials. Minn din il-heat ikkwalifikaw tlieta għall-final bir-rebbieħ ikun Lordswood misjuq minn Eric Zammit. Dan kellu biċċa xogħol biex finalment għadda lil Nikos Heriniere filwaqt li fit-tielet post daħal Monashee Prince li wkoll b’hekk jiġru fil-final.

Żewh heats oħra minn din il-kompetizzjoni isiru fil-programm li se jsir nhar l-Erbgħa li ġej, Festa ta’ San Pawl.

Minbarra dawn iż-żewġ tiġrijiet, il-programm li jmiss jinkludi wkoll disa’ tiġrijiet oħra kollha miftuħa għal tat-trott biex b‘hekk il-programm ikun kompost minn 11-il tiġrija.

L-aktar minn dawn li għandha tispikka tkun miftuħa għall-Klassi Premier. F’din hu­wa mistenni d-debutt ta’ żewġ Franċiżi, Lys des Etroits u Le Bon Mayennais.



Riżultati, sewwieqa u ħinijiet

KLASSI BRONZE: 1. Larissa du Breil (B. Hili), 2. Bankir Zon (R. Gatt), 3. Qantele (O. Cauchi), 4. Cool Kemp (J. Vassallo) Ħin: 1’19”2 (2140m)

KLASSI SILVER: 1. Norigan Noir (N. Baldacchino), 2. King de Bourdenay (C. Camilleri), 3. Koko Loco (J. Carabott), 4. Hiosco de Davcar (A. Schembri) Ħin: 1’18”0 (2140m)

KLASSI GOLD: 1. Kaki de Peyrahout (E. Gafa), 2. Incisa Real (C. Camilleri), 3. Faverol (C. Micallef), 4. Agobra Bingo (W. Spiteri) Ħin: 1‘18”7 (2140m)

KLASSI COPPER FINAL: 1. Juilette Rodney (G. Attard), 2. Cash Collector (A. Mifsud), 3. All The World (F. Cassar), 4. Kenta Laday (F. Portelli) Ħin: 1’19”3 (2140m)

KLASSI BRONZE FINAL: 1. Internet (R. Clifton), 2. Ingo Moon (C. Camilleri), 3. Lancaster (F. Tanti), 4. Xenia Mic (D. Ellul) Ħin: 1’17”8 (2140m)

KLASSI SILVER FINAL: 1. Noble Spirit (N. Baldacchino), 2. Gigo Lloyd (C. Camilleri), 3. Aces Americ (P. Bonello), 4. Gingoro (C. Magro) Ħin: 1’18”9 (2140m)

KLASSI GOLD FINAL: 1. Power Cape (C. Caruana), 2. Charlie Smitt (C. Debono), 3. Biggles Coquet (J. Vassallo), 4. Angel Victory (S. Axisa) Ħin: 1’17”1 (2140m)

KLASSI PREMIER FINAL: 1. Think Yatzee (C. Vassallo), 2. Bello Fratello (C. Camilleri), 3. Arnie Sensation (J. Farrugia), 4. Tough East (D. Mizzi) Ħin: 1’16”7 (2140m)

KLASSI BRONZE: 1. Sakura Victory (J. Farrugia), 2. Don Valentino (S. Formosa), 3. Mage des Couperies (R. James), 4. Moka du Pont (S. Cutajar) Ħin: 1’18”6 (2140m)

GALOPP: HEAT 1: 1. Lordswood (E. Zammit), 2. Nikos Heriniere (O. Briffa), 3. Monashee Prince (J. Farrugia) Ħin: 1’48”7 (1750m)



L-AQWA ŻIEMEL: Think Yatzee rebbieħ fl-aqwa final tal-Kampjonat U*Bet riservat għall-Klassi Premier. Minkejja li beda mit-tieni filliera, misjuq b’għaqal ħafna minn Clint Vassallo, rnexxilu jirbaħ fl-aqwa ħin tal-prog­ramm dak ta’ 1’16”7 (2140m)

L-AQWA SEWWIEQ: Noel Baldacchino rebbieħ f’żewġ tiġrijiet fosthom waħda mill-finali tal-U*Bet Championship, dik ta’ Klassi Silver permezz ta’ Noble Spirit. Rebħa oħra għal Baldacchino waslet fit-tieni tiġrija miftuħa għall-Klassi Silver biż-żiemel ikun id-debuttant Franċiż ta’ disa’ snin, Norigan Noir proprjetà tas-Sinjuri Bartolo u Bonnici.

L-AĦJAR ĦIN: 1’16”7 fuq 2140 metru miksub mill-Isve­diż ta’ 11 il-sena, Think Yat­zee. Ikkunsidrat bħala ħin tajjeb ħafna meta dak il-ħin ir-riħ kien qed jonfoħ b’qaw­wa kbira u minn ħin għall-ieħor bdiet nieżla xita qawwija.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA)
·  Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars
·  Aktar inkwiet għal Rooney
·  Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.