www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Sports
 

BOV Premier League:
Msida SJ ...1 Birkirkara...2
- Birkirkara jdawru r-riżultat b’żewġ gowls f’żewġ minuti
minn Rodney Vassallo

Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Msida St. Joseph, bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk reġgħu telgħu fit-tieni post tal-klassifika, punt taħt il-leaders Valletta.

Kienet rebħa diffiċli għal Birkirkara fejn wara li ddiżap­puntaw fl-ewwel ħamsa u erbgħin minuta fejn anke daħlu jistrieħu fi żvantaġġ ta’ gowl (vantaġġ meritat sa dak il-ħin għal Msida), fit-tieni taqsima tjiebu u dawru r-riżultat favur tagħhom f’temp ta’ żewġ minu­ti.

Mill-aħħar partita, għal Msida, irritornaw fl-ewwel ħdax Roderick Baldacchino, Adam Spiteri, Kevin Mifsud u Miguel Ciantar.

Min-naħa ta’ Birkirkara, dawn għamlu żewġ bidliet mit-telfa kontra Sliema b’Karl Pulo u Alan Tabone jibdew minflok Sean Bajada u Sylvano Comvalius, biex Michael Galea beda waħdu fl-attakk assistit fuq il-linji minn Trevor Cilia u Karl Pulo, b’Alan Tabone jkun utiliz­zat bħala midfielder avvanzat.

Neqsin reġgħu kienu l-imweġġa’ Joseph Zerafa, George Mallia u Angus Buhagiar.

Fl-ewwel taqsima, Msida kienu l-aħjar tim u ma kinetx sorpriża li daħlu jistrieħu gowl minn fuq, li wasal fl-20 minuta, meta kien hemm through pass lejn NDAYI KALENGA li wara li avvanza, xeħet fir-rokna b’Mora ħiereġ għal fuqu.

Birkirkara skorjaw fit-30 mi­nuta meta Trevor Cilia xeħet ġewwa mir-rebound, wara li Bartolo salva u ma żammx xutt ta’ Vukanac - gowl, li iżda, ġie mħassar minħabba offside dub­już ħafna.

Fit-tieni taqsima, l-Istripes ħarġu aktar aggressivi biex final­ment għamlu l-iskor indaqs fit-48 minuta, meta MICHAEL GALEA qabad il-ballun barra l-kaxxa u b’xutt b’saħħtu fil-baxx ma tax ċans lil Bartolo jsalva.

Gowl li ħarbat il-pjani ta’ Msi­da, tant, li żewġ minuti wa­ra Birkirkara reġgħu skorjaw.

Kien, fil-50 minuta, meta Thomas Paris ta lejn KARL PU­LO li wara li dar ma’ difensur, b’xutt bid-dawra xeħet fir-rokna għal dak li kellu jkun il-gowl deciżiv.

Wara dan il-gowl Msida naq­su li jagħmlu reazzjoni biex Bir­kirkara żammew il-vantaġġ, anzi kellhom fejn jiskorjaw iktar, iżda kieku ġara hekk forsi kien ikun inġust ma’ Msida, li apparti r-riżultat għandhom ikunu sodisfatti bil-prestazzjoni tagħhom.



MSIDA SJ: Manuel Bartolo, Adrian Farrugia, Matthew Borda, Tyrone Farrugia, Roderick Baldacchino, Zoran Levniac, Adam Spiteri (Andrew Formosa 81), Kevin Mifsud, Miguel Ciantar, Emiliano Lattes, Ndayi Kalenga

BIRKIRKARA: Jorge Mora, Trevor Cilia, Rowen Muscat (Ryan Scicluna 79), Nikola Vukanac, Branko Nisevic, Carlo Mamo, Thomas Paris, Karl Pulo (Sylvano Comvalius 72), Paul Fenech, Michael Galea, Alan Tabone (Shaun Bajada 67)

REFERI: Alan Mario Sant 8

ASS. REFERIS: Philip Agius, Malcolm Mercieca

RABA UFFIĊJAL: Marco Borg

SKORERS: N.Kalenga 20 (MSJ), M.Galea 48, K.Pulo 50 (B)

L-AĦJAR PLEJERS

1. Michael Galea (B)

2. Karl Pulo (B)

3. Miguel Ciantar (MSJ)

PLEJER TAL-LOGĦBA

Karl Pulo (Birkirkara)

AMMONITI: K. Mifsud, A. Farrugia, T. Farrugia (MSJ), T. Cilia, T. Paris, B. Nisevic, S. Ba­jada (B)


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA)
·  Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars
·  Aktar inkwiet għal Rooney
·  Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.