www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Artikli/Kontribuzzjoni
 

L-anġina
minn It-tabib iwiegeb

Jiena mara ta’ 53 sena fil-meno­pawsa. Dan l-aħħar qiegħda jkolli wġigħ fuq sidri meta ninkwieta jew nit­ħabat xi ftit iżżejjed. Meta nikkal­ma jew nistrieħ jgħaddili. Kont inpejjep iżda issa ilni xi sena li waqaft. Qiegħda nibża’ għax missieri miet bil-mard tal-qalb, allavolja xi ħbieb qaluli li n-nisa ma tantx jimirdu bil-qalb, għax din il-marda tattakka aktar l-irġiel. Mort għand it-tabib u qalli li tista’ tkun anġina u ssuġġerixxa li nagħmel xi testijiet. Iżda jiena nibża’ li jsibuli xi ħaġa, allura nixtieq inkun naf eżatt xi tkun din l-anġina u kif tista’ tagħrafha. Kif tista’ tkun taf jekk għandekx bżonn kura jew le?

Anġina, Birżebbuġa



L-anġina jew l-anġina pectoris kif sup­post hija magħrufa hija sintomu ko­mu­ni li s-soltu jirrifletti djuq jew sadd tal-arterji tal-qalb, l-arterji koronarji. Il-post u l-kobor tal-mard ta’ dawn l-arter­ji, flimkien mal-kwalità tal-funzjoni tan-naħa tax-xellug tal-qalb li tippompja d-demm lejn il-partijiet tal-ġisem tiddetermina kif se jmur il-pazjent. Il-kura għalhekk hija importanti ħafna li ssir djanjosi tajba u malajr kemm jista’ jkun biex tkun tista’ tittieħed azzjoni immedjatament biex tiġi evitata ħsara akbar u aktar perikoluża jekk mhux fatali.

Huwa kkalkolat li madwar 5% tal-iriel u 4% tan-nisa fid-dinja jbatu jew kienu jbatu minn anġina. Fl-Ingilterra biss, kull sena, madwar terz ta’ miljun persuna jmorru għand it-tabib minħabba attakk tal-qalb.

Id-djuq tal-arterji tal-qalb jista’ toqtol nisa kemm qabel u kemm wara l-meno­pawsa daqskemm tista’ toqtol ir­ġiel mewt mill-mard tal-qalb. Fin-nisa hija seba’ darbiet aktar komuni minn mewt minħabba kanċer tas-sider li fil-fatt huwa r-raba’ kawża l-aktar komuni ta’ mwiet fin-nisa. Hija wkoll seba’ darbiet aktar komuni minn mewt minħabba kan­ċer tal-pumun.

Fiż-żewġ sessi l-anġina ssir aktar frek­wenti aktar ma tiżdied l-età. Bejn il-45 u l-54 sena minn tnejn sa 5% tal-irġiel u 1% tan-nisa jkollhom anġina. Din tiżdied għal 11 sa 20% fl-irġiel u minn 10 sa 15% tan-nisa bejn il-65 u l-74 sena. ’Il fuq minn 75 sena l-inċidenza hija l-istess fiż-żewġ sessi.

Għalkemm in-numru ta’ mwiet minn mard tal-qalb qiegħed jonqos, in-numru ta’ irġiel u nisa li jgħixu b’dan il-mard qiegħed jiżdied. Billi n-nisa u l-irġiel qegħdin jgħixu aktar fit-tul, il-piż ta’ dan il-mard ma jistax jonqos. U għalhekk huwa ferm importanti li nżommu għolja l-kwalità tal-ħajja bl-aqwa kura possibbli.

Il-mard tal-qalb, għalhekk huwa ta’ nkwiet kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel għax iwassal għall-ogħla rata ta’ mwiet. Fil-każ tan-nisa hemm il-kunċett li r-rata ta’ mard tal-qalb hija baxxa jew mhix importanti, iżda l-fatti juru li mhix kwistjoni ta’ jekk in-nisa jimirdux bil-qalb iżda meta.

Minħabba f’hekk huwa importanti kemm it-tobba u l-professjonisti mediċi l-oħrajn, u anke n-nisa jkunu għassa għall-possibilità ta’ mard tal-qalb fin-nisa u kull possibilità ta’ anġina tkun ikkurata bis-saħħa kollha kemm fin-nisa daqskemm fl-irġiel.

Mil-lat finanzjarju, il-mard tal-qalb iwassal għal telfien ta’ ġranet tax-xogħol ta’ madwar 12% u b’kollox jiswa lill-Gvern Ingliż madwar €2 biljun fis-sena u dak Amerikan jonfoq madwar $117 il-biljun.

Għal skop ta’ studji l-anġina tinqasam taħt żewġ tipi; dik stabbli u dik instabbli. Dik stabbli hija minħabba uġiegħ fil-qalb kkawżat minn nuqqas fiċ-.irkolazzjoni li tista’ tippreżenta b’diversi modi. Dan l-uġigħ jista’ jiġi bi kwalunkwe sforz jew anke waqt il-mistrieħ. Dan l-uġigħ ġieli jkun preżenti għal diversi ġimgħat jew aktar fit-tul. Dan ikun preċipitat min ħafna fatturi prevedibbli u li jieqaf mill-ewwel bil-mistrieħ jew b’xi pillola ta’ taħt l-ilsien.

L-uġigħ jista’ jkun tipikament ta’ għafsa, pressjoni togħla, sikkar, dwejjaq, bard, għasir, bħal rabta, nuqqas ta’ nifs qawwi ħafna u wara l-għadma tas-sider li jiġi bl-eżerċizzju jew anke bl-ansjetà u jieqaf bil-mistrieħ jew pilloli ta’ taħt l-ilsien.

L-istess uġigħ jista’ jkun mhux tipiku. Jista’ jkun qawwi qisu daqqa ta’ sikkina, jaqta’ bħal labra jew tingiż u bħal sparatura. Dan l-uġigħ tkun tista’ timxi bih iżda jkun hemm il-ħin kollu, fis-sider fuq ix-xellug, fiż-żaqq, fid-dahar u l-idejn meta mhux fis-sider. Jaf ma jkunx relatat mal-eżerċizzju u ma jmurx bil-mistrieħ jew bil-pilloli, iżda b’mistura tal-istonku. Fin-nisa jista’ jiġi waqt il-mistrieħ, waqt l-irqad, bl-istress u fil-geddum, fis-snien, l-għonq, l-ispallejn id-dahar u ż-żaqq.

L-anġina tista’ tkun gradata għal skop ta’ djanjosi. L-ewwel livell huwa meta attività fiżika ordinarja ma ġġibx anġina, eżempju mixi jew tlugħ ta’ taraġ, waqt li l-anġina tiġi waqt l-eżerċizzju ta’ strapazz, mgħaġġel jew fit-tul. It-tieni livell huwa meta jkun hemm limitazzjoni żgħira ta’ attività ordinarja li tinkludi miexi jew tlugħ ta’ taraġ malajr, tlugħ ta’ tlajja jew tlugħ ta’ taraġ jew mixi wara l-ikel jew fil-kesħa jew fir-riħ inkella waqt stress emozzjonali. Jista’ jkun biss wara xi ftit sigħat mill-qawmien filgħodu jew mixi aktar minn 100 sa 200 metru fil-pjan, jew tlugħ ta’ aktar minn indana waħda ta’ taraġ b’pass normali u f’kundizzjonijiet normali. Fit-tielet livell, insibu limitazzjoni notevoli f’attività fiżika ordinarja li tinkludi mixi sa 200 metru fil-pjan jew tlugħ ta’ pajn taraġ f’kundizzjonijiet normali u b’pass normali. Fl-erba livell, il-pazjent ma jkunx jista’ jkompli l-ebda attività fiżika bla uġigħ u saħansitra waqt il-mistrieħ.

L-anġina instabbli tiddeskrivi stampa klinika bejn l-anġina stabbli u attakk tal-qalb. Barra minn hekk, tista’ tkun kull naħa. Din it-tip ta’ anġina tinqasam fi tliet tipi. L-ewwel anġina waqt sforz ta’ inqas minn 45 metru miexi fil-pjan, li tfaċċa inqas minn xahar qabel u bla episodju ieħor qabel. It-tieni tip ikun hemm taqlib tal-mod tal-anġina b’żieda aktar spissa jew fil-qawwa bla ebda raġuni. U fl-aħħar anġina għal madwar 20 minuta waqt il-mistrieħ.



(Ikompli l-ġimgħa d-dieħla…)

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.