www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Editorjal
 

It-triq it-twila l-orħos


Jekk m’huwiex aktar minn redikolu l-fatt li jaqbillek tivvjaġġa aktar minn 1,800 kilometru biex tixtri l-mediċina li teħtieġ milli effettivament tixtriha mingħand kull spiżjar li jeżisti fuq din il-biċċa blata, allura tlifna kull sens tal-kelma fi 23 sena ta’ tmexxija kważi ineżistenti li d-doveri tagħha lejn il-poplu tonfoħhom biss darba kull ħames snin.

Naturalment qiegħda ssir referenza għall-istorja ppubblikata fil-ħarġa tagħna tal-lum stess dwar anzjan li meta xtara mediċina, li jeħtieġ kuljum biex jikkontrolla l-kolesterol, minn Brussels sab li awtomatikament kien qed jiffranka aktar minn €80 fuq 84 pillola (€350 fuq l-ammont ta’ pilloli kkonsmati f’sena).

Mhux il-vjaġġ biss lejn iċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea tħallas, imma wisq probabbli jservuk ukoll biex tqatta’ vaganza mill-isbaħ!

Daqshekk għandhom kontroll tas-sitwazzjoni l-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li ta’ kuljum iċ-ċittadin qed jinsteraq sfaċċatament aktarx minħabba l-anarkija tal-prezzijiet li kien mingħalina li ndifnet aktar minn sentejn ilu meta dak iż-żmien il-Gvern kien inkariga lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta biex tistħarreġ x’kien qed jiġri.

Tassew għandna Gvern li jiftaħar u jinkoraġġixxi s-suq ħieles (forsi wkoll għax inkapaċi li jamministra kif suppost hu flus il-poplu), imma ħieles daqstant għal prodotti speċjalizzati li faċli lanqas ikollhom kompetizzjoni f’pajjiż żgħir bħal tagħna huwa inġustizzja grassa.

Għandna dubji serji jekk dan tal-lum huwiex każ iżolat, għalkemm anke li kieku kien il-każ, żgur li m’aħniex xi darba se nippermettu jew ngħalqu għajnejna għal tali sitwazzjoni.

F’diversi okkażjonijiet oħrajn qabel, dan il-ġurnal ippubblika stejjer dwar mediċini bi prezzijiet esaġeratament ogħla, inkluż każ minnhom fejn għaddejna l-provi direttament f’idejn il-Prim Ministru nnifsu li dakinhar wegħdna investigazzjoni.

Għall-inqas minn din is-sena se jkollna lil John Dalli bħala Kummissarju Ewropew Malti li se jkun responsabbli kemm mill-qasam tas-saħħa u d-drittijiet tal-konsumatur fl-UE. Wara li jsib saqajh fil-kariga l-ġdida, mingħandu wkoll nistennew azzjoni f’dan ir-rigward.

Li kieku dan il-każ iseħħ f’kull pajjiiż ieħor ċivilizzat, kieku konna nisimgħu b’rimedji u multi lil min ħaqqu, u riżenji ta’ dawk responsabbli.

Hekk titlob id-demokrazija fl-2010!

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Editorjal
·  Saborra ta’ GonziPN


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.