www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Faqar
minn Joe Mifsud

Fil-21 ta’ Jannar, il-Kum­missjoni Ewropea u l-Presidenza Spanjola ni­dew is-Sena Ewropea għall-Ġlie­da Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. Mill-istħarriġ li sar fl-2007 Malta tiġi t-12-il waħda fil-klassifika tal-pajjiżi tal-Unjoni. L-aktar li huma f’riskju ta’ fa­qar huma l-persuni li għandhom età żgħira li ma taqbiżx is-17-il sena u anzjani li qabżu l-65 sena.

Teżisti wkoll disparità bejn naħat differenti tal-gżejjer Maltin. L-akbar riskju ta’ faqar jinsab Għawdex fejn il-medja tit­la’ għal 18 fil-mija u mbagħad hemm id-distrett tan-naħa t’isfel ta’ madwar il-port fejn ir-riskju ta’ faqar huwa ta’ 17 fil-mija mqabbel ma’ 12 fil-mija għan-naħat tal-Punent ta’ Malta fejn hemm l-inqas riskju.

Sibt interessanti ħafna dak li qal il-President ta’ Malta George Abela fl-okkażjoni tat-tnedija tal-kampanja kontra l-Faqar u l-Es­klużjoni Soċjali f’pajjiżna. Il-President staqsa jekk il-ġlieda kontra l-faqar tistax tintrebaħ u kompla hekk: Kristu qal: “Il-foq­ra dejjem issibuhom magħ­kom…” (Ġw, 12:8). Imma ma wa­qafx hemm, saħaq li hemm bżonn li tingħata l-għajnuna lil min jeħtieġha: “…kull m’għa­miltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh mie­għi” (Mt, 25:40) u jkompli “…dak li m’għamiltux ma’ wieħed minn dawn iż-żgħar, lanqas mie­għi ma għamiltuh” (Mt, 25:45). Mela li teradika l-faqar mhix fantażija minkejja d-diffikultajiet li jeżistu. Fi kliem l-ekonomista Jeffrey Sachs: “Ours is the first generation in the history of the world with the ability to era­dicate extreme poverty. We have the means, the resour­ces and the know-how. All we lack is the will.”

Għalhekk, irridu nkunu u na­ġixxu bħas-Samaritan it-Tajjeb, għax kif stqarr tant tajjeb Teilhard de Chardin “Only when we are One are we one.”

Kif qal il-President ta’ Malta ma teżistix soluzzjoni mirakoluża għall-problema tal-faqar fid-din­ja iżda l-isforz biex nera­di­kaw il-faqar irid jiġi minn kul­ħadd: mill-istati, mill-għaqdiet tal-volontarjat u minn kull individwu. Ir-riżorsi fid-dinja huma suffiċ­jenti għal kulħadd imma jridu jitqassmu b’ġustizzja, irid ikun hemm distribuzzjoni ekwa.



Issues

Din il-ġimgħa f’Malta se jil­taqa’ l-International Meeting in Support of Israeli-Palestinian Peace organizzat mill-Ġnus Magħ­­­quda u l-Assemblea Parla­men­tari tal-Mediterran (PAM).

It-temi ewlenin li se jkunu dis­­kussi huma l-fruntieri, Ġerusalemm, l-Oqsma tad-Djar fuq art okkupata, ir-refuġjati u l-ilma. Dawn huma t-temi jaħarqu li jinsabu għad-diskussjoni biex jintlaħaq ftehim finali biex il-konflitt Iżraelit u Palestinjan ikun solvut. Temi li ilhom ikunu diskussi għal dawn l-aħħar snin, saru negozjati iżda sal-lum għad m’hemmx qbil. F’pajjiżna se jkun hawn esponenti għoljin miż-żewġ kampijiet flimkien ma’ esperti oħrajn. Fuq wieħed mill-‘panels’ dwar kif il-Parla­men­tari jistgħu jikkontribwixxu, hemm d-deputat George Vella li huwa ċ-Ċermen tal-Kumitat dwar il-Lvant Nofsani tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran. Bil-ħerqa aċċettajt stedina tal-Ġnus Magħquda biex nipparteċipa f’din il-konferenza im­portanti u nagħti l-kontribut tiegħi.



Fir-razzett

U dwar il-Lvant Nofsani u l-konflitt se jkolli ċans inwieġeb għall-mistoqsijiet li se jsiruli nhar il-Ġimgħa filgħaxija fir-Raz­zett tal-Markiż Mallia Tabone fil-Mosta. Ħadt gost u aċċettajt l-istedina li għamluli l-Għaqda Talent Mosti biex nipparteċipa f’din il-lejla bit-tema “Niltaqgħu mal-Awtur”. Ħafna minn dawk li jifformaw din l-Għaqda kbirna flimkien fl-Oratorju Qalb ta’ Gesù l-Mosta bil-‘mentor’ tagħna lkoll ikun Dun Anġ Camilleri. Kemm għamel ġid dan is-saċerdot Mosti u mhux ta’ b’xejn li hemm ħafna jqisuh bħala Don Bosco tal-Mosta.

Se jagħmilli l-mistoqsijiet il-‘lecturer’ tal-Università Mario Vassallo li waqt li kienet qiegħda titħejja din l-attività kien qiegħed jagħti l-appoġġ kollu flimkien ma’ ħuh Louis u ommu, lil missieru Joe. Lil missieru Joe ingħat­atlu l-aħħar tislima fir-Rotunda s-Sibt wara nofsinhar.

Nuri soli­darjetà mal-familja Vassallo li ġarrew is-salib flimkien ma’ Joe f’dawn l-aħħar xhur. Min isib ħin u jrid jattendi għal din l-attività li se tibda fis-7.00 p.m., merħba u ma niddejjaqx naqsam il-ħsibijiet tiegħi magħkom.



100/50

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football (MFA) iċċelebrat bil-kbir l-100 anniversarju biex jitfakkar il-kampjonat nazzjonali u l-50 sena minn meta l-Assoċjazzjoni Maltija ssieħbet fil-Fede­ration Internationale de Football Association (FIFA) u l-Union des Associations Europeen­nes de Football (UEFA).

Il-kunċert li sar mit-tenur ċelebrità Malti Joseph Calleja fil-preżenza tal-President tal-UEFA Michel Platini kien organizzat tajjeb ħafna u b’mod professjonali.

Kif elenka tajjeb il-President ta’ Malta George Abela fil-pre­żenza tal-President attwali Joe Mifsud u l-President ta’ qablu Giuseppe Mifsud Bonnici, din l-Assoċjazzjoni għamlet passi kbar u tat kontribut qawwi biex isir prog­ress f’dan l-isport tant popolari fost il-Maltin u l-Għaw­dxin.

Fl-aħħar snin sar progress kbir fejn tidħol infrastruttura u hawn aktar opportunitajiet għal dawk kollha li jridu jipprattikaw dan l-isport. Qegħdin jagħtu kontribut qawwi n-‘nurseries’ mif­ruxin madwar Malta u Għaw­dex fejn mijiet ta’ tfal ta’ kuljum jitħarrġu u jtejbu t-talenti tagħ­hom.

jmlegal@maltanet.net


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Il-ħuta minn rasha tinten
·  L-ittra li messu bagħat PBO
·  Il-kunsilli bejn realtà u finzjoni
·  Mintoff… politiku leġġendarju
·  Suq minn hemm xbin!!
·  L-akwakultura


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.