www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Ġuri b’konnessjoni mal-qtil ta’ mara f’Ta’ Qali:
Akkużat b’attentat li falla ftit qabel inqatlet
minn Brian Meli

Raġel ta’ 33 sena minn San Ġwann dalgħodu se jibda għaddej ġuri b’konnessjoni mal-qtil ta’ mara li kien seħħ sitt snin ilu f’Ta’ Qali. Carmel Vella magħruf bħala l-“Gagu” mhux se jkun akkużat bid-delitt innifsu, imma bis-sehem tiegħu f’attentat li sar ftit żmien qabel biex tkun eliminata l-vittma, fejn dakinhar il-pjan kien li tintefa’ minn fuq l-irdum fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Il-każ jirrigwarda d-delitt ta’ Patricia Attard li, fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ Frar tal-2004, inqatlet b’tiri ta’ pistola f’rasha. Il-kadavru kien instab fil-vann, li kienet tuża fix-xogħol tagħha, f’post imwarrab f’Ta’ Qali mill-Pulizija tal-Mobile waqt li kienu qegħdin jagħmlu ronda fl-inħawi. Il-vittma li kienet mill-Ħamrun u li kellha 55 sena kienet taħdem mal-kumpanija tal-familja bħala sewwieqa ta’ Mini Bus.

Fil-ġuri, li se jibda jinstema’ llum quddiem l-Imħallef Joseph Galea Debono, Vella se jkun akkużat li ġimgħat qabel id-delitt kien ftiehem ma’ persuna oħra biex joqtlu lil Attard. Din il-persuna hija Josef Grech, ta’ 38 sena minn Ħal Balzan, li wkoll kien jaħdem bħala xufier mal-kumpanija tal-vittma u li qed jistenna biex jgħaddi ġuri separat fuq il-qtil tagħha.

Skont ma jingħad fl-att tal-akkuża li se jiffaċċja Vella u li fiha kap wieħed, iż-żewġt irġiel kienu ftehmu li jħajru lil Attard tmur magħhom x’imkien lejn l-Aħrax tal-Mellieħa u kif tersaq lejn it-tarf tal-irdum, jimbuttawha għal isfel. Hu allegat li Vella kien ġie mwiegħed is-somma ta’ Lm10,000 (€23,293) għas-sehem tiegħu fid-de­litt.

B’eżekuzzjoni ta’ dan il-pjan maħsub minn qabel, xi ġranet qabel l-14 ta’ Frar, tal-2004, Grech mar fejn it-Torri l-Aħmar flimkien ma’ Attard billi qalilha li kie­nu sejrin hemmhekk b’konnessjoni ma’ xi ġarr ta’ klandestini. Vella kellu jiltaqa’ magħhom fuq il-post, kif fil-fatt għamel. Iżda għalkemm irnexxielhom jeħduha sal-Aħrax tal-Mellieħa, il-pjan tagħhom sfratta minħabba li l-mara beżgħet tersaq lejn tarf l-irdum.

Għaldaqstant Vella se jkun akkużat li assoċja ruħu ma’ ħaddieħor bil-għan li jikkommetti omiċidju volon­tarju, billi kellu l-ħsieb li joqtol lil Attard fl-ewwel attentat li falla fuq ħajjitha. Il-prosekutur fil-ġuri se tkun l-Avukatessa Lara Lanfranco, waqt li l-akkużat se jkollu jiddefendih lill-Avukat Roberto Montalto.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  25% TAT-TWELID BARRA Z-ZWIEG:
Malta ma’ tal-aħħar fl-infiq għall-ħarsien soċjali
·  It-tragedja tal-kamra tan-nar tal-Gharb:
Il-funerali posposti sakemm ikunu identifikati l-kadavri
·  It-traġedji ta’ splużjonijiet f’kumplessi tan-nar:
Għaxar vittmi tan-nar matul din is-sena
·  Il-qtil tal-miljunarju Rockefeller fl-Awstralja:
Disa’ snin ħabs għal raġel ta’ dixxendenza Maltija
·  Tnaqqis fil-produzzjoni u l-valur tal-laħam
·  Negozji fil-Belt “iridu jinbidlu radikalment”
·  Iffirmata l-konvenzjoni għall-protezzjoni tat-tfal
·  Jinħatru l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali
·  18,000 barrani f’Malta
– maġġoranza minn barra l-Ewropa
·  Libjan jisraq €5,000 lil min
kien se jixtri karozza mingħandu
·  Ġuvnott imiss il-parti privata ta’ kuġintu
·  Il-Pulizija tuża ‘pepper spray’ waqt il-festa tan-Naxxar
·  Direttur ta’ kumpanija tal-logħob
mixli li għamel qligħ b’qerq
·  Reġistrata żieda qawwija fil-vakanzi u placements
·  L-esportazzjoni u l-importazzjoni:
L-iżbilanċ ikompli jikber


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.