www.l-orizzont.com  
Il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Kull xahar il-klabbs se jingħataw
il-gate-money fil-massimu tagħha
- Antoine Portelli (Teżorier tal-MFA).....

Leighton Grech b’self ma’ Vittoriosa Stars.....

Aktar inkwiet għal Rooney.....

Nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Italja:
Hamilton u Webber bl-aqwa ċans.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Safar Ministerjali li huwa “ġustifikat”


B’risposta għall-artiklu li ġie ppubb­likat fil-faċċata ta’ l-orizzont nhar il-Ġimgħa li għadda (“Il-Gvern ‘jixxaħ­ħaħ’ għax-xiri ta’ ‘defibrillator’ għall-Qrati tal-Ġustizzja: €165,000 fl-ajru”), il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern qal li s-safar imsemmi hu ġustifikat.

Il-Ministeru qal li “l-figura kkwotata ta’ €165,000 f’safar ma sarux mill-Ministru tal-Ġus­tizzja u l-Intern nnifsu, imma mill-Ministeru kollu u saru biex ikopru d-diversi kumitati u impenji, li fost oħrajn, l-UE tirrikjedi. Għalhekk l-impressjoni li qiegħda tingħata fit-titlu tal-artiklu hi għal kollox żbaljata u maqtugħa mir-realtà.

“Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, is-sena l-oħra kellu jsiefer 20 darba b’konnessjoni mal-ħidma ma taqta’ xejn li saret biex, minbarra li jsir ix-xogħol rikorrenti fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-UE, isiru wkoll diversi laqgħat bilaterali li servew biex jiġu difiżi l-inte­ressi tal-pajjiż, meta nqalgħu kwistjonijiet internazzjonali, kif ukoll biex jintlaħqu diversi miri, ewlenin fosthom li l-Uffiċ­ċ­ju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil (EASO), li mill-bidu se jimpjega mas-60 persuna b’salarji tal-UE u se jkollu baġit ta’ €55 miljun fuq tliet snin, jitwaqqaf f’pajjiżna.

“Dawn il-vjaġġi, li l-maġġo­ran­za assoluta tal-ispejjeż tagħ­hom marret fuq il-ħlas ta’ bil­jetti tal-ajru, b’kollox swew €49,603, li terġa’ parti minn­hom se tiġi wkoll rifuża mill-UE. Kull vjaġġ kien assolutament meħtieġ, kien marbut mad-diversi inizjattivi li ttieħdu u sar fl-iqsar żmien possibbli, b’uħud jieħdu inqas minn 48 siegħa. Ta’ min jgħid ukoll li l-ispiża finali kienet ferm inqas mill-baġit allokat apposta mill-Ministeru tal-Finanzi biex jiġu koperti spejjeż marbutin mal-inizjattiva biex Malta tirbaħ is-sit tal-EASO.

“Id-donazzjoni ta’ ‘defibrillator’ mill-Malta Heart Foundation saret fuq inizjattiva tal-fondazzjoni nnifisha u għalhekk m’għandha x’taqsam assolutament xejn mas-safar tal-Ministru. Għalhekk, jidher ċar li l-artiklu inkwistjoni jagħti stampa għal kollox differenti minn dik attwali, jinjora kompletament lir-rwol importanti li Malta trid taqdi fl-UE u bl-ebda mod ma jieħu kont tal-inizjattivi kruċjali li tmexxew b’tant sagrifiċċju, imma b’suċċess minn dan il-Ministeru,” ittemm l-istqarrija.

Irid jingħad li l-orizzont fir-rapportaġġ tiegħu qatt ma qal li l-€165,000 f’safar is-sena l-oħra saru mill-Ministru waħ­du, kif ipprova jagħti l-im­pressjoni l-Ministeru biex jiġ­ġus­tifika n-nefqa. Itta­majna li l-Ministeru jgħid għa­liex apparat meħtieġ bħal dan kien nieqes mill-qrati u li ma kienx għall-fondazzjoni wisq probabbli ma nxtarax.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  25% TAT-TWELID BARRA Z-ZWIEG:
Malta ma’ tal-aħħar fl-infiq għall-ħarsien soċjali
·  It-tragedja tal-kamra tan-nar tal-Gharb:
Il-funerali posposti sakemm ikunu identifikati l-kadavri
·  It-traġedji ta’ splużjonijiet f’kumplessi tan-nar:
Għaxar vittmi tan-nar matul din is-sena
·  Il-qtil tal-miljunarju Rockefeller fl-Awstralja:
Disa’ snin ħabs għal raġel ta’ dixxendenza Maltija
·  Tnaqqis fil-produzzjoni u l-valur tal-laħam
·  Negozji fil-Belt “iridu jinbidlu radikalment”
·  Iffirmata l-konvenzjoni għall-protezzjoni tat-tfal
·  Jinħatru l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali
·  18,000 barrani f’Malta
– maġġoranza minn barra l-Ewropa
·  Libjan jisraq €5,000 lil min
kien se jixtri karozza mingħandu
·  Ġuvnott imiss il-parti privata ta’ kuġintu
·  Il-Pulizija tuża ‘pepper spray’ waqt il-festa tan-Naxxar
·  Direttur ta’ kumpanija tal-logħob
mixli li għamel qligħ b’qerq
·  Reġistrata żieda qawwija fil-vakanzi u placements
·  L-esportazzjoni u l-importazzjoni:
L-iżbilanċ ikompli jikber


IT-TEMP - 10/9/2010
Rapport tat-Temp:  Waqtiet xemxin bil-possibilita' ta' xi halba xita f'xi waqtiet
Temperatura: 
L-ogħla: 28°C
L-inqas: 20°C

Riħ:  Majjistral 7-14 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.