www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Iweġġa’ gravi wara li ħareġ mit-triq bil-karozza tiegħu
minn John Pisani; Ritratt: Favourite News

Sewwieq sofra ġrieħi gravi, iż­da mhux fil-periklu tal-mewt fil­waqt li passiġġier li kien mie­għu ħelisha ħafif f’aċċident tat-traf­fiku fi Triq il-Kosta qrib il-kumpless abbandunat tal-Whi­te Rocks limiti ta’ Pembro­ke.

Dak il-ħin raġel ta’ 30 sena minn San Pawl il-Baħar kien qed isuq karozza Ford Escort fid-direzzjoni ta’ Buġibba u mie­għu kellu ħabib tiegħu, ukoll ta’ madwar 30 sena mill-Qaw­ra. Jidher li kif waslu qrib il-kumpless tal-White Rocks, is-sew­wieq tilef il-kontroll tal-ka­roz­za b’konsegwenza li mar fuq in-naħa l-oħra tat-triq u spiċ­ċa qalb is-siġar taħt il-livell tat-triq.

Sewwieqa oħrajn li kienu għad­dejjin mill-istess triq sejħu għall-ajjut fejn fuq il-post marret ambulanza b’infermiera kif ukoll it-tim mediku tal-ERT, im­mexxi minn Dr Jonathan Joslin, kif ukoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Kif waslu sabu li l-passiġġier kien diġà ħareġ mill-karozza, imma s-sewwieq inqabad fit-tif­rik. Minħabba li matul il-lejl għamlet ix-xita, il-karozza spiċ­ċat fil-ħamrija mxarrba u ratba.

B’xorti tajba kif waslu t-tim ta’ salvataġġ flimkien mat-tim me­diku x-xita naqset ħafna im­ma l-ħaxix għoli u mxarrab kom­pla jagħmel l-oprezzjoni ta’ salvataġġ aktar diffiċli min­ħab­­ba ż-żlieq. Il-membri tal-Pro­tezzjoni Ċivili kellhom iqaċ­ċtu parti mill-karozza biex inħa­reġ is-sewwieq li ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ġrieħi gravi, iż­da mhux fil-periklu tal-mewt. Min-naħa l-oħra l-passiġġier ma ġralu xejn. Il-Pulizija tad-Dis­trett, immexxija mis-Surġent Alan Buhagiar, ħejjew ir-rapport.

• Sadanittant il-kundizzjoni tat-tfajjel ta’ sitt snin li korra gra­vi nhar is-Sibt, ġiet deskritta bħa­la stabbli, imma xorta baqa’ jin­żamm fit-Taqsima tal-Kura In­tensiva. L-aċ­­ċident seħħ nhar is-Sibt għall-ħabta tal-5.30 p.m. fi Triq Vil­labate, Ħaż-Żabbar bejn ka­roz­­­za Toyota Belta u Ford Transit.

L-istqarrija tgħid ukoll li fit-Toyota kien hemm tliet persuni, fosthom it-tifel ta’ sitt snin. Ħadd mill-persuni l-oħrajn involuti fl-aċċident ma sofra xi ġrieħi.

pisani.journalist@gmail.com

http://www.johnpisani.net


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  L-isplużjoni tal-kamra tan-nar fl-Għarb:
SITTA L-VITTMI
·  Jerġa’ jogħla l-prezz tad-dqiq…
u mistennija żieda oħra f’Ottubru:
Furnara msallbin bl-ispejjeż
·  Ġrieħi gravi wara aċċident fit-triq ta’ Ħal Luqa:
Jaħbat ma’ siġra
·  Aktar minn erba’ xhur jistenna d-dawl!
·  Aktar inkonvenjent fil-Marsa bi ġrieden li joħorġu billejl
·  Il-Monument tal-Assedju l-Kbir jitlesta mir-restawr
·  L-eżenzjoni mill-eko-kontribuzzjoni:
GreenPak tibgħat l-ewwel 53 applikazzjoni
·  Ftehim kollettiv għall-ħaddiema
tal-Malta Air Traffic Services Ltd
·  Taljan jinqabad wara overdose tal-‘liquid ecstasy’
·  Jiċħad storja tal-Maltatoday
·  Norman Lowell jiftaħ attakk kontra l-Qorti Kostituzzjonali:
Il-kawża tiegħu differita għar-raba’ darba
·  L-aħħar diskors tal-Prim Imħallef Vincent Degaetano
·  Miet missier il-Prim Ministru Lawrence Gonzi
·  Inkwiet mill-ġdid bejn sajjieda Tuneżini u Maltin:
L-“Aladdin” f’inkwiet ma’ sajjieda Maltin


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.