Spiteri qal dan fl-isfond tal-ħatriet kemm ta’ Louis Galea kif ukoll ta’ John Dalli. Huwa jemmen li dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista, li kemm Galea kif ukoll Dalli li “wrew interess” f’dawn il-pożizzjonijiet, hija purament “PN spin”. Lino Spiteri qal li l-pożizzjonijiet fl-UE li se jkunu qegħdin jokkupaw huma attraenti ħafna mhux biss fis-salarju iżda wkoll fil-pensjoni.
Fl-artiklu tiegħu, Spiteri jkompli jgħid li meta Gonzi offra lil Dalli u lil Galea dawn il-pożizzjonijiet, probabbilment kienet sorpriża għalihom it-tnejn imma aċċettaw. Kien hawn li l-PN beda bl-‘ispin’ tiegħu u ħareġ jgħid li kien Louis Galea li wera interess.
Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ John Dalli, fl-artiklu tiegħu Lino Spiteri qal li lil Dalli jafu aktar mill-qrib kemm għax għandhom l-istess konstitwenza kif ukoll l-istess portfolia għax it-tnejn kienu ministri tal-finanzi. Anke Dalli ma kienx qed jara li jmur Brussels, qal Spiteri. Imma għal raġunijiet tiegħu, Lawrence Gonzi ħeles minn żewġ “għedewwa” ħbieb. John Dalli kien qal ukoll li ħames snin ilu Fenech Adami kien diġà offrilu din il-pożizzjoni, imma kien irrifjuta minħabba li kellu f’moħħu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk il-pożizzjoni ta’ Prim Ministru.
pisani.journalist@gmail.com
http://www.johnpisani.net
|