Xena mid-divertiment Karnivalesk ilbieraħ fir-raħal tan-Nadur fil-ftuħ tar-renju annwali tal-bluha. Dan il-Karnival jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur f’Misraħ San Pietru u San Pawl fejn hija tradizzjoni li jieħdu sehem diversi gruppi taż-żfin akkumpanjati minn karrijiet żgħar magħmulin apposta għall-okkażjoni. Matul tmiem din il-ġimgħa n-Nadur jerġa’ jkun protagonist hekk kif jiġi “organizzat” il-Karnival spontanju u li fih jieħdu sehem saħansitra eluf ta’ Maltin, fl-istess waqt li attivitajiet simili jkunu qegħdin isiru wkoll f’Misraħ il-Ħelsien, il-Belt.
Ritratt:Joe Grech
|