www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Sena ġdida… problemi qodma
minn Andre' Damato, GWU Youths

Waqt li t-tokki tal-arloġġ daqqu biex tibda is-sena 2010 u s-separju ngħalaq fuq s-sena 2009, ħafna problemi fost iż-żgħażagħ li rajna fl-2009, baqgħu jkarkru magħna. Kienu ħafna ħaddiema żgħażagħ li fl-2009 esperjenzaw il-qagħad, ħadmu f’xogħol prekarju, ġew abbużati jew diskriminati, esperjenzaw tnaqqis fil-paga jew kienu vittmi tad-droga. Hawn taħt se nsemmi xi suġġetti problematiċi li bħala GWU YOUTHS nidentifikaw bħala rikurrenti u komuni ħafna fost iż-żgħażagħ Maltin.



Il-pagi

Sena ġdida, u l-pagi jibqgħu dawk li huma, b’ħafna żgħażagħ jitħallsu b’inqas minn 4 ewro fis-siegħa. Din is-sitwazzjoni hi reali tista tgħid għall-maġġoranza taż-żgħażagħ, dawk li jaħ­dmu fl-industrija tal-manifattura, tal-ospitalità, ‘sales girls’ eċċ.

Fl-istess ħin, il-ħajja tkompli togħla, fejn iġgħelek tieqaf taħ­­seb, f’hix qegħda ssarraf il-paga taż-żgħażagħ; meta biex koppja tmur tiekol ikla sempliċi ġewwa restaurant ikollha tħallas daqs kważi ġurnata paga ta’ wieħed minnhom.

Ħafna żgħażagħ, tfajliet inkuż, qegħdin f’sitwaz­zjoni li biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja jkollhom jaħdmu xogħol partajm apparti dak fultajm, jew anke jkollhom jagħmlu mal-15-il siegħa overtajm fil-ġim­għa.

Bħala unjin nemmnu li rridu nasslu fi stat li l-ħaddiem ma jkollux bżonn jaħdem aktar minn erbgħin siegħa biex igawdi ħajja komda u tajba; u mhux qegħdin f’sitwazzjoni fejn ċertu ħaddiema żgħażagħ ikollhom jaħdmu 60 siegħa fil-ġimgħa biex ilaħħqu mal-ħajja.



Xoghol prekarju

Iż-żgħażagħ huma s-sezzjoni ta’ ħaddiema li huma l-aktar riskjużi li jaqgħu vittmi tax-xogħol prekarju, u anke xogħol li jmur kontra l-liġi. Dan narawh ħafna fil-qasam tax-xogħol part-time, fejn żgħażagħ inkluż studenti jaċċettaw xogħol b’kundiz­zjonijiet imnaqqsa, ħafna drabi għax ma jkollhomx għażla oħra.

Tajjeb infakkru li minn jaħdem bla ktieb, ikun qiegħed jiġi mċaħħad mid-dritt tal-bonus, leave, festi publiċi, dritt tan-notice u anke sick leave. Xi wħud ukoll qegħdin jiġu mħaddma bħala self employed li fost kundizzjonijiet oħrajn hemm li l-ħaddiem iħallas il-bolla kollha (15%), xogħol irreġolari, terminu ta’ xogħol bla perjodu tan-notice, kif ukoll li l-leave u sick leave ma jitħallsux.



Proprjeta'

Għalkemm il-prezzijiet tal-proprjetà qegħdin kemm xejn staġnati u raħsu ħarira minn sentejn ’il hawn, il-prezzijiet xorta waħda m’humiex reali għall-pagi lokali, speċjalment għall-kopji żgħażagħ u dawk single.

B’riżultat li l-maġġoranza taż-żgħażagħ xorta waħda ma jaffordjawx jixtru post u min jirnexxielu jkollu jagħmel self mill-bank ta’ saħansitra 30 sena.



Id-droga u l-alkohol

Sfortunatament f’pajjiżna n-numru taż-żgħażagħ li jużaw u jesperimentaw bid-droga dejjem qed jiżdied. Insibu żgħażagħ li jkunu qegħdin jistennew il-weekend, il-paga u saħansitra l-‘pocket money’ biex jesperjenzaw l-effetti tad-droga.

Dawk li jaqgħu vittmi tad-droga qegħdin jiżdiedu wkoll, b’danni kemm fiżjoloġiċi, fiżiċi u finanzjarji fuqhom u anke l-qraba tagħhom.

L-abbuż tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ Maltin ikompli jiżdied, b’ħafna żgħażagħ imorru għal dak li jissejjaħ ‘binge drinking’, li jkun xorb eċċessiv f’lejl jew ġurnata partikolari. Insemmu wkoll żgħażagħ li jmorru għax-xogħol taħt l-effetti tad-droga u l-alkoħol, anke b’xi wħud minn­hom b’detriment fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-kollegi tagħhom stess.



Vittmi tal-kompjuters

Mill-esperjenza tiegħi, moda riċenti hi dik li xi żgħażagħ jaqgħu vittmi tal-kompjuters kemm dawk li hu logħob tal-kompjuter kif ukoll l-Internet innifsu.

Siegħat twal, f’dinja virtwali fejn dak li jkun jikkomunika biss permezz tal-kompjuter, iwassal għall-effetti negattivi kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjoni kif ukoll mal-psikoloġija tal-persuna.

Ħafna minn dawn il-problemi qegħdin iwasslu għal stress kbir fost iż-żgħażagħ, ġlied bejn familji, ġlied bejn il-kopji, problemi finanzjarji, vitzzji oħrajn u anke inċidenti fuq il-post tax-xogħol stess.

Soluzzjonijiet m’humiex faċli. Iżda waħda minnhom tista’ tkun dik ta’ edukazzjoni u t-taħrig tul il-ħajja kemm f’oqsma speċjalizzati, kif ukoll f’oqsma ġenerali. Tajjeb ngħidu li kemm istuzzjonijiet akkademiċi bħall-Università ta’ Malta, kif ukoll istuzzjonijiet tekniċi u vokazzjonali bħall-MCAST u l-ETC li jipprovdu għażla kbira ta’ korsijiet b’xejn jew bi preżż tajjeb ħafna. Iż-żgħażagħ għandhom jagħmlu użu minn dawn is-servizzi specjalment dawk li m’għandhomx xogħol regolari. Unjin ġenerali kif inhi il-GWU, qegħda hemm biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema kemm fuq skala nazzjonali u kemm fuq il-post tax-xogħol partikolari.

Il-GWU Youths qiegħda hemm biex tkun qrib iż-żgħa­żagħ ħaddiema u twassal il-ħidma tagħha biex jitjiebu l-kundizzjojnijiet tal-ħaddiema, f’dan il-kuntest tnehdiet skema ta’ membership fil-GWU għall-istudenti fultajm fejn kull membru apparti minn vantaġġi oħrajn, ikun jista’ jibbenifika mis-servizzi tal-unjin u protezzjoni kontra xogħol prekarju.

F’dan it-tema l-GWU Youths se torganizza seminar intensiv fuq kif wieħed jippjana u jqassam id-dħul u l-ħruġ finanzjarju b’mod għaqli, kemm fuq mhedda ta’ xhur kif ukoll fuq mhedda ta’ snin. Dan is-seminar se jkun akkompanjat ukoll ma’ wieħed fuq l-importanza tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja.

Nawguraw sena ġdida ta’ ħidma u saħħa ’l bogħod mill-mard, il-faqar, il-qgħad u d-droga liż-żgħażagħ lokali kollha, b’mod partikolari l-membri żgħażagħ tal-GWU.

www.gwuyouths.org

andre.damato@gmail.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.