www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

‘Self motivation’
minn Melissa Farrugia, GWU Youths

Jekk trid tirnexxi fil-ħajja, il-motivazzjoni tiegħek innifsek hija importanti.

Toqgħodx tistenna lil xi ħadd ieħor biex jimmotivak biex tagħmel l-aħjar li tista’, imma tgħallem immotiva inti lilek innifsek. Dawk li jiġu skoraġġjati fi żminijiet diffiċli huma ċerti li se jitilfu l-battalja qabel tispiċċa. Għalhekk, wie­ħed għandu jżomm il-moral għoli, irrelevanti kemm is-sitwazzjoni tkun diffiċli f’dak il-mument. Kulħadd jiġi motivat b’affarijiet differenti: nies, poter, flus, fama jew suċċess.

Aħna niddependu fuq dawn il-motivaturi biex jimbuttawna biex naħdmu aktar iebes, malajr u aħjar. Dawn il-motivaturi jistgħu ikunu ta’ differenza bejn prestazzjoni tajba u prestazzjoni meravilju­ża.

Meta xi ħadd jew xi ħaġa ma tibqax aktar ta motivaz­zjoni għalik, ikun hemm bżonn li timmotiva lilek innifsek. Attwalment, il-motivaz­zjoni tiegħek innifsek għandha tkun l-aktar sors importanti ta’ motivazzjoni kull ħin. Jekk ma tkunx immotivat, ma til­ħaqx l-għanijiet tiegħek.

Bħala għajnuna għal mod kif tista’ timmotiva lilek innifsek, minn riċerka li għamilt sibt dawn il-punti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna:

Oħloq għanijiet: Identifika eżattament x’inhuma dawk l-affarijiet li jimmotivawk. Jekk toħloq mira, tibqa’ iffokat.

Fiducċa fik innifsek: Għal­kemm proġett ikun jidher diffiċli, irid ikollok kunfidenza li inti kapaċi tirnexxi b’suċċess. Jekk ma jkollokx fiduċja inti, ħaddieħor ma jkunx jista’ jkol­lu fik?

Għamel pjan: Ippjana kif se jirnexxilek tilħaq l-għanijiet tiegħek. Aqsam f’biċċiet żgħar ix-xogħol li trid tagħmel biex tara il-progress frekwentament.

Ivviżwalizza b’moħħok s-suċċess: Ara li­lek innifsek tirrealizza l-proġett tiegħek b’suċċess.

Tħallix il-motivazzjoni tie­għek tintefa’: Għamel l-aħjar li tista’ biex tibqa’ entużjast u motivat.

Ma hemmx bżonn li inti tistrieħ fuq l-inkoraġġiment ta’ ħaddieħor biex tkun kapaċi tilħaq jew tibqa’ għaddej fil-proġetti tiegħek.

Ikkongratula lilek innifsek: Jista’ jkun li l-aħjar mod kif wieħed iżomm lilu nnifsu motivat hu billi jippremja lilu nnifsu b’xi rigal żgħir f’kull stadju li jirnexxilu jilħaq u premju kbir u sabiħ meta l-proġett ikun komplut.

Kif jgħidu, inti tista’ tkun l-akbar għadu tiegħek. Trid tkun kapaċi li tkun l-aħjar motivatur tiegħek innifsek u ma tħallix lil ħaddiehor jinfluwenzak. Jekk tkun kapaċi ssegwi dawn il-punti u tkun il-motivatur tiegħek innifsek, għan­dek tirnexxi biex tagħti l-aħ­jar tiegħek innifsek.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.