www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

President ta’ Repubblika sħiħa
minn Christopher Cutajar, Assistent Segretarju tal-GWU Youths

Fil-politika hemm sinjali li ftit jagħrfuhom. Sadanittant hemm oħrajn li jinħassu fl-arja. Il-Presidenza ta’ Dr George Abela kienet għal Malta bħal żiffa friska. Qiegħed jintwera biċ-ċar kif m’huwiex minnu li l-Presidenza tar-Re-pub­bli­ka Maltija hija tajba biss għaċ-ċerimonji. Dr Abela għandu l-vantaġġ li l-istorja tiegħu m’hix irrakkontata mill-firda. Kapaċi jġib ir-reputazzjoni ta’ dawk li ġejjin minn kwalunkwè sfera soċjali.



Aġenda soċjali

Dr Abela kapaċi jġib lill-poplu warajh bl-inizjattivi tie­għu. Għandu aġenda soċjali qud­diemu, u għalhekk qiegħed jagħti vuċi lil dawk li għalkemm sar ħafna dwarhom fil-passat, hemm ħafna xi jsir dwarhom fil-futur. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar laqqa’ l-persuni b’diżabiltà fis-sala tal-Gran Kunsill u għa­żel li jisma’ x’għandhom xi jgħidu. Tlieta huma l-persuni b’diżabilità li għandu l-istaff tal-Uffiċċju tal-President. Dan huwa sinjal li hemm ir-rieda li mall-paroli jiżżewqu wkoll il-fatti.

L-inizjattivi biex il-Community Chest Fund tissaħħaħ qegħdin ikunu organizzati għal firxa wiesgħa tal-poplu. Xiehda ta’ dan huma attivitajiet bħal kunċert Rock li sar f’Settembru, il-ġirja li saret fis-6 ta’ Diċembru u l-attività “Paqpaqli għall-Istrina” tal-Ħadd li għadda. Dawn huma attivitajiet li jmorru lil hinn minn kunċerti klassiċi li għalkemm għandhom valur kulturali qawwi ma jqanqlux l-interess tal-ħafna. Dan jagħmel il-Presidenza aktar milqugħa mill-poplu, għaliex appuntu tfittex il-parteċipaz­zjoni tal-poplu biex tilħaq lilu stess.



L-Istrina kif għandha tkun

Skont il-President Abela l-valur tas-soċjetà tagħna huwa li inti m’għandekx tistenna premjijiet biex tgħin lil min hu fil-bżonn. Kliem providenzjali u jgħinu mhux bi ftit biex isaħħu l-kapital soċjali f’pajjiżna. Jien m’għandi l-ebda indiema niddikjara li qatt ma tajt ċenteżmu għal L-Istrina f’dawn l-aħħar snin. Ma kontx niflaħ għall-mod kif il-problemi tal-familji kienu jkunu ppreżentati lilna bħal xi rumanz u li l-inċentiv biex tagħti l-karità kien ir-rebħ ta’ xi karozza. Din is-sena m’għandu jkollna l-ebda raġuni għalfejn ma nagħtux minn dak li nistgħu.

Konna drajna naraw L-Istrina magħmula daqs li kieku kienet l-ikbar lotterija ta’ żmien il-Milied. Kellu bżonn li L-Istrina li naraw fiż-żmien li ġej tibqa’ ssir dejjem aktar fuq l-ispirtu li ‘tagħti biex tgħin’ u mhux ‘tagħti biex tirċievi’. Dan l-ispirtu tal-President George Abela jgħallimna kif jeżistu diversi modi oħ­rajn kif tuża l-kariga għolja li tkun mogħtija lilek.

Għalkemm bosta bir-raġun jgħidu li l-irwol tal-kap ta’ stat f’pajjiżna huwa limitat meta mqabbel ma’ pajji­żi oħrajn, l-atteġġjament muri minn Dr Abela huwa wieħed li tajjeb nagħtu kasu f’soċjetà li mill-ajru tidher ferm Kristjana filwaqt li fil-ħajja ta’ kuljum spiss narawha tiċħad ir-realtajiet soċjali ta’ pajjiżna.

chriscut@onvol.net

www.xellugi.blogspot.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.