www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

L-istipendji – bżonn aktar mill-bieraħ
minn Andre' Damato, Dipartiment Nazzjonali, GWU Youths

F’pajjiż żgħir, limitat fir-riżorsi naturali u mdawwar bil-baħar fejn ikollna nixtru ħafna mill-materja prima u l-prodotti li nużaw minn pajjiżi oħrajn, ilkoll nagħrfu li r-riżors li rridu ninvestu l-iktar fih huwa dak uman. Il-bżulija, is-sengħa u l-għaqal tal-ħaddiem Malti, wassluh biex għalkemm f’pajjiż żgħir illum jista’ jgawdi l-livell tal-għajxien għoli, sigurtà, edukazzjoni u saħħa b’xejn.

Għalkemm f’pajjiżna l-istat jipprovdi edukazzjoni b’xejn kważi f’kull livell u lil kulħadd, l-istudenti u l-familji tagħhom ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż kontinwi kemm ta’ natura kapitali kif ukoll rikorrenti. Din il-kitba se tkun iffokata fuq dawk l-istudenti li jagħżlu jkomplu l-iskola wara s-sekondarja, b’mod fultajm, kemm f’postijiet akkademiċi bħas-Sixth Form u l-Università ta’ Malta kif ukoll dawk f’istuzzjonijiet vokazzjonali bħall-MCAST.

Fost spejjeż oħrajn li jiltaqgħu magħhom dawn l-istudenti nistgħu nsemmu: ikel, trasport, ħwejjeġ, materjal għall-istudju (inkluż kompjuter u l-ispejjeż li jġib miegħu, kotba, noti), loan (eżempju fuq il-karozza jew għall-kompjuter), rikrejazzjoni, lezzjonijiet tal-privat u akkomodazzjoni (eżempju studenti Għawdxin jistudjaw f’Malta).

Ħafna minn dawn l-istudenti jkunu eliġibbli għall-istipendju u borża ta’ studju (forma ta’ smart card) biex ikopru parti minn dawn l-ispejjeż. Studenti bi bżonnijiet jew kundizzjonijiet soċjali partikolari u dawk Għawdxin li qegħdin jistudjaw Malta, ikunu eliġibbli għal stipendju ogħla. Iżda din l-għajnuna sfortunatament ħafna drabi ma sservix biżżejjed biex l-istudent ilaħħaq mal-ispejjeż kollha li huwa jiffaċċja matul l-istudju tiegħu.

Iktar mhu qed jgħaddi ż-żmien, iktar qegħdin jiżdiedu l-ispejjeż għall-istudenti, fl-istess ħin l-istipendju qed jibqa’ l-istess minn sena għal sena, saħansitra madwar ħames snin ilu dan ra tnaqqis għall-maġġoranza tal-istudenti terzjarji. Tajjeb infakkru li l-istipendju tal-maġġoranza tal-istudenti post-sekondarji huwa dak ta’ €83 kull erba’ ġimgħat. Student li jkollu jaqbad tal-linja darbtejn biex imur lejn l-iskola u lura lejn id-dar, fl-istess erba’ ġimgħat jonfoq kważi nofs l-istipendju fuq it-trasport biss.

Irridu niftakru wkoll li mhuwa xejn faċli li student jaħdem partajm, speċjalment jekk ikun skola sal-5.00 p.m., u wara u fl-aħħar tal-ġimgħa jrid jaħdem fuq l-assignments, xogħol għad-dar u jistudja. Fl-istess kuntest, huwa fatt li x-xogħol li jkunu offruti l-istudenti (speċjalment fl-ewwel snin tal-istudju tagħhom) ikun ħafna drabi prekarju u anke ħafna drabi mhux irreġistrat. Bħala GWU Youths, nemmnu li l-istudenti bħal kull ċittadin ieħor għandhom jagħrfu d-drittijiet tagħhom u jirrifjutaw xogħol mhux irreġistrat u li jmur kontra l-liġi ta’ pajjiżna u tal-Unjoni Ewropea. F’każ ta’ dubju, parir jew diffikultà, wieħed jista’ dejjem jagħmel kuntatt mal-GWU Youths stess jew mal-ETC.

F’dan il-kuntest naħseb li jkun għaqli li ssir riforma f’dawn li ġejjin:

Noll tal-linja issussidjat għall-istudenti (nisperaw li jimmaterjalizza ruħu fis sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku).

Reviżjoni tal-istipendju kull sentejn fejn dan jiżdied mat-8% kull darba, għal kulħadd, dan biex ikun jirrifletti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja

Reviżjoni kull ħames snin li jiżdied b’10% kull darba b’mod reali u mhux relattiv.

Għal dawk l-istudenti li parti mill-istudju tagħhom ikun ta’ apprentistat, ix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu għandu jkun apprezzat u jsir sforz biex l-istudenti jitħallsu ammont xieraq tal-ħidma tagħhom.

Għandu jsir sforz biex jinġiebu fondi tal-Unjoni Ewropea biex ikopru parti miż-żieda fl-istependji, fejn l-argument prinċipali għandu jkun li r-riżors uman huwa wieħed mill-ftit riżorsi ta’ pajjiżna fejn dan il-manteniment ikun qed ikopri ftit mill-ispejjeż tal-istudenti (eżempju bħala parti mill-paga tal-apprentisti). Tajjeb ngħidu li fondi għall-edukazzjoni u t-taħriġ diġà ntrebħu b’suċċess minn istituzzjonijiet bħall-MCAST, l-Università ta’ Malta, l-ETC u l-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Tajjeb infakkru li l-GWU Youths fil-ġimgħat li għaddew għadha kif nediet kampanja ta’ sħubija fil-GWU – Skema Student. Fejn l-istudent iħallas miżata ta’ €5 darba kemm idum student fultajm u jgawdi mill-benefiċċji ta’ membru normali tal-GWU.

adamato@gwuyouths.org www.gwuyouths.org


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.