www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Il-par idejn sodi ta’ Dun Anġ
minn Helena Dalli

Ilna issa snin sħaħ nitkellmu, f’dan iż-żmien tas-sena, fuq dak li jkun wiegħed u pproġetta li se jwettaq il-Gvern fid-diskors tal-baġit tas-sena ta’ qabel u nqabbluh ma’ dak li jkun qiegħed jerġa’ jippro­poni sena wara. Ta’ kull sena, One Television iġib lill-Ministru tal-Finanzi isemmi l-istess pro­ġetti f’diskors tal-baġit wara l-ieħor tul medda ta’ snin. Il-Ministru tal-Finanzi jinbidel imma wħud mill-proġetti jibqgħu l-istess għax ma jkunux twettqu u allura jer­ġgħu jwegħduhom u jerġgħu jwegħduhom… sena wara l-oħra.

Għaldaqstant l-eżerċizzju tal-baġit ma tantx għadu jittieħed bis-serjetà speċjal­ment imbagħad meta tara, bħal ma ġara din is-sena, li l-aktar ħaġa li kienu qegħdin jisten­new – kemm in-nies impjegati kif ukoll min imexxi xi negozju jew industrija – kien li jkunu jafu t-tariffi tal-elettriku u l-ilma kemm se jkunu, u l-Ministru baqa’ ma semma xejn. U allura anke hawnhekk il-Gvern mexa kif ilu jimxi għal ħafna snin, li l-bombi l-kbar li veru jagħmlu effett fil-ħajja tan-nies, iħallihom għal matul is-sena u fid-diskors tal-baġit ma jitniffisx fuqhom.

U għalhekk, anke jien, ma tantx għandi ħeġġa li nieħu dan l-eżerċizzju tal-Gvern bis-serjetà u nagħtih importanza, għax la l-Gvern ikompli jis­tmana ta’ imbeċilli, ma jixraqx li noqgħod naħli spazju fuqu. Nippreferi f’din il-kitba nxandar nies li l-baġit u l-ip­pjanar tagħhom jagħmluh bis-serjetà u permezz t’hekk jir­nexxielhom jagħmlu ħafna ġid. Nies li bil-ftit tagħhom qegħ­din imissu direttament lil min veru għandu bżonn. Fost dawn in-nies insemmi lil Dun Anġ Seychell. Ħadt pjaċir ħaf­na ġimgħa u nofs ilu mmur għall-ftuħ tat-tielet dar ta’ Dun Anġ għal nies b’diżabilità fiż-Żejtun, imsemmija għal Jean Vanier. Ħassejtni qiegħda f’oasi ta’ serenità, umiltà u sinċerità, lil hinn mill-ipok­re­zija, lil hinn mill-ħafna for²ma mingħajr sustanza li taħbat magħha kuljum fil-ħajja poli­tika.

Il-ħarsa ta’ ferħ f’għajnejn in-nies li joqogħdu fid-djar ta’ Dun Anġ kienet biżżejjed biex nagħ­raf kemm ikollu riżultati min jaħdem sinċerament, mingħajr pompa, u mill-qalb biex itejjeb il-ħajja ta’ ħadd­ieħor. Kull biċċa tgħin. Issa bl-aħħar dar li fetaħ Dun Anġ hemm 27 persuna li qegħdin jingħataw l-opportu­nità li jgħixu f’ambjent ta’ fa­milja. Wiċċ dawn ir-residenti jixhed il-ġid li qed jagħmlilhom dan il-proġett.

Dun Anġ ma kellux miljuni ta’ ewro għad-dispożizzjoni tiegħu, imma li wiegħed għam­lu. U jkompli jagħmlu. Dun Anġ qassam il-finanzi għad-dispo­żiz­zjoni tiegħu b’mod li seta’ jasal biex ivara it-tielet proġett li wiegħed. Id-djar huma mmex­xijin minn par idejn sodi. Hemm il-ħeġġa. Hemm id-dedikaz­zjo­ni. Hemm il-kuxjenza. Hemm l-imħabba. M’hemmx il-kilba għall-poter. M’hemmx il-bżonn li jindiehes ma’ kull ka­mera tat-televiżjoni biex juri kemm hu bravu. Ma jagħtix ak­tar impor­tanza lill-for²ma milli lis-sustan­za. U għalhekk jasal, bl-umiltà kollha. Għal­hekk iwettaq. Għalhekk jagħ­mel ħafna ġid.

Dun Anġ, permezz tal-Fondazzjoni Nazzareth u bil-għajnuna tal-voluntiera, qed jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja ta’ bosta nies. Kemm ta’ dawk li jgħixu fir-residenzi tal-Fondazzjoni Nazareth, u kemm ta’ dawk li jitgħallmu mill-eżempju tal-ħidma tie­għu. Mingħajr fanfarunati, mingħajr komplikazzjonijiet żejda, imma, b’rieda soda, b’ħafna impenn u imħabba Dun Anġ qed ibiddel il-kwalità tal-ħajja ta’ nies li, li kieku ma kienx għalih u għal dawk li jgħinuh fil-proġetti tiegħu, dawn mhux qegħdin jgħixu f’ambjent ta’ familja.

Jien għalija Dun Anġ qed jagħti eżempju ta’ kif għandha tkun politika tajba, għax x’għandu jkun għan impor­tanti tal-politika jekk mhux dak li ttejjeb il-ħajja ta’ kemm jista’ jkun nies? Il-par idejn sodi ta’ Dun Anġ qegħdin jirnexxielhom jagħmlu dan. Dun Anġ qed jieħu azzjoni min­għajr ħafna tlablib u preżunzjoni u wegħdiet. Qab­blu dan mal-wegħdiet ta’ proġetti tal-Gvern li ħafna drabi jibqgħu ma jsirux. Biż­żejjed tqabblu id-diskors tal-aħħar baġit, ma’ ta’ qablu u ta’ qablu u ta’ qablu…


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Il-ħuta minn rasha tinten
·  L-ittra li messu bagħat PBO
·  Il-kunsilli bejn realtà u finzjoni
·  Mintoff… politiku leġġendarju
·  Suq minn hemm xbin!!
·  L-akwakultura


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.