www.l-orizzont.com  
It-Tlieta 7 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

Għat-tieni logħba kontra l-Latvja llum:
Irridu ninżlu konċentrati u motivati
– John Buttigieg, kowċ nazzjonali.....

Malta v Latvja tal-passat:
Il-Maltin b’żewġ rebħiet minn tliet logħbiet.....

Valletta FC jippreżentaw lill-istaff
tekniku u lill-plejers ġodda:
Għandna skwadra kompetittiva
biex nisfidaw għall-kampjonat
– Jesmond Zerafa, kowċ ta’ Valletta FC.....

Table Football:
Malta ċampjins tad-dinja għall-ewwel darba.....

Illum isir programm ieħor ta’ logħob
ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012:
Capello u Hitzfeld fl-ewwel konfront dirett.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Mexxej deċiżiv
minn Leo Brincat

IL-gimgħa li għaddiet kellna l-aqwa konferma fil-Parlament u fuq it-TV li Joseph Muscat hu mexxej deċiżiv. Flok waqa’ fin-nassa mixtieqa minn tal-PN li jmaqdar kollox u jipproġetta lill-PL bħala l-Partit tal-LE, kien kreattiv, pro-attiv u propożittiv. Iżda fejn kellu għal­fejn jikkritika kien inċiżiv u effettiv.

Għalkemm tal-PN jgħajruh li l-uniku tir li għandu hu li jsir PM ta’ Malta, wera bil-fatt li mhux kuntent jirbaħ biss min­ħabba l-garr li hawn kontra l-Gvern. Irid jirbaħ fuq il-merti tiegħi. Fuq l-ideat friski u fuq id-dinamiżmu tiegħu.

Kull ma tmur in-nies tidher qiegħda ssir aktar għatxana għall-bidla. Liema bidla Joseph Muscat u sħabu biss jistgħu joffru għax qegħdin imissu l-polz u jindirizzaw l-aspirazzjo­nijiet tal-poplu. B’taħlita ta’ ħeġġa, impenn u esperjenza.



Problema akbar mid-defiċit



Meta wieħed jasal biex jgħid li għal GonziPN il-problema tal-kredib­biltŕ hija saħansitra akbar mill-problema tad-defiċit, ma tantx hemm fejn tasal iżjed. Aktar u aktar meta skont il-Baġit 2010 innifsu jidher li l-Gvern mar 234% żmerċ mit-tbassir oriġinali tiegħu. Marġini ferm akbar milli wieħed kien jista’ qatt jistenna anki jekk jieħu in konsideraz­zjoni ċerti aġġusta­menti li kellu jagħmel minħabba l-kriżi finan­zjarja fid-dinja.

Din l-‘issue’ tal-kredibbiltŕ llum mhix biss ‘buzzword’ tal-PL iżda hija kelma fuq fomm kull ċittadin li niltaqa’ miegħu kif wkoll kwistjoni ta’ tħassib serju saħansitra fost ċerti depu­tati tal-PN innifsu.

Ftit ilu, id-deputat Nazzjo­nalista Jesmond Mugliett tkel­lem għat-tieni darba dwar il-kwistjoni tat-trab iswed waqt l-aġġornament tal-Parlament.

Dejjem skont dak li ġie rrapportat li qal fil-ġurnal tal-partit tiegħu stess, id-deputat Nazzjonalista qal dawn il-preċiżi kelmiet li tajjeb li wieħed jixtarrhom flimkien:

Ma teżistix l-impressjoni li l-Gvern qed jieħu l-problema tat-trab iswed bis-serjetŕ.

Illum qegħdin ngħixu fi żminijiet ta’ xjenza forensika u d-dewmien ma jagħtix impres­sjoni li qiegħda tingħata l-attenzjoni li l-poplu jistenna.

Il-poplu mhux jingħata s-sodisfazzjon jekk hux qegħdin jittieħdu passi jew x’passi qegħdin jittieħdu dwar il-problema. Iżda aktar minn hekk id-deputat tal-PN qal xi ħaġa li ilna nikkummentaw dwarha min- naha tagħna, inkluż jien bħala Kelliem Ewlieni dwar l-Am­bjent. Kif tikkonferma l-konfe­renza stampa li kont għamilt Kordin flimkien mas-Sindki tar- Reġjun.

Primarjament (skont Mugliett wkoll) li ħassu insolentat li d-dikjaraz­zjoni tal-Enemalta meta fil-bidu tas-sajf ċaħdet li kienet qiegħda tikkawża dan it-trab u dan mingħajr ebda evidenza forensika.

Il-MEPA, mill-banda l-oħra, qalet li kellha kontaminazzoni tal-kampjuni. Ma jistenniex dikjarazzjoni bħal din fiż-żmien tal-avvanz teknoloġiku tal-lum.

Jien dejjem sħaqt u se nkom­pli nisħaq kif issa qed jagħmel ukoll id-Deputat Nazzjonalista li għandha tkun il-MEPA nni­fisha li tidħol f’din il-problema u tagħti risposti fejn jidher li hemm nuqqas ta’ trasparenza u nuqqas ta’ ‘accountability’.

Xi żmien ilu kont sħaqt li l- kunċett ta’ “The Polluter Pays” m’għandux japplika biss għaċ- ċittadin komuni iżda wkoll għal meta jkun il-Gvern innifsu li qed iniggeż. Mugliett jidher li qie­għed fuq l-istess binarju meta ġie rrap­portat li stqarr li l-kunċett li min iniggeż iħallas m’għandux japplika biss kontra ċ-ċittadin iżda wkoll għall-ħarsien taċ-ċittadin jekk ikun hemm tniggiż minn entitajiet kbar govern­attivi.

Iżda forsi l-akbar kundanna għall-Gvern ingħatat meta Mugliett għamel id- dikjaraz­zjoni ċara u kategorika li skont hu – kif inhi l-fehma ta’ ħafna oħrajn – il-MEPA mhix taqdi d-dover tagħha li tħares l-ambjent.



X’sar minnhom il-par idejn sodi?



WieĦed ikollu jistqarr li l-Elezzjoni Ġenerali ma ntrebħitx mill-PN iżda mill-‘image’ li Gonzi rnexxielu jipproġetta per­mezz ta’ Gonzi­PN ta’ par idejn sodi. Illum jidher ċar li dawn l-idejn sodi dabu. Għaliex?

Għax jidher li tilef il-kontroll tal-partit u tal-istrutturi tiegħu. Tilef il-kontroll tal-Grupp Parla­mentari. Tilef il-kontroll tal-Kabinett. Iżda agħar minn hekk tilef il-kontroll tal-qagħda eko­no­mika tal-pajjiż. Tilef il-kon­troll tal-Finanzi ta’ gżiritna. U fl-aħħarnett tilef il-kontroll u l-boxxla mhux biss dwar ‘good gov˛ern˛ance’ iżda anki dwar prinċipji bażiċi ta’ ggvernar.



Il-festa ta’ Kristu Re fis-Swatar



NaĦseb li kien ta’ sodis­fazzjon għar-residenti u l-Knisja Parrok­kjali tas-Swatar li dan il-lokal żagħżugħ b’potenzjal li jkompli jikber laqa’ fi ħdanu ċ-ċelebraz­zjoni djoċe­sana fl-okkażjoni tal-festa litur­ġika ta’ Kristu Re.

Għalkemm nemmen f’soċjetŕ lajka, bħala deputat tad-Disa’ Distrett, inħoss li d-deċiżjoni li din iċ-ċelebrazzjoni kienet ip­pjanata sa minn ġimgħat ilu li ssir quddiem il-Knisja Parrok­kjali tas-Swatar bagħtet sinjal pozittiv li lokalitajiet relattiva­ment ġodda għandhom l-istess rwol ta’ importanza fis-soċjetŕ Maltija, inkluża fil-kuntest reliġ­już, daqs l-aktar lokalitajiet anti­ki li ilhom stabbiliti sekli sħaħ. Prosit ta’ din l-idea!

www.leobrincat.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Il-ħuta minn rasha tinten
·  L-ittra li messu bagħat PBO
·  Il-kunsilli bejn realtŕ u finzjoni
·  Mintoff… politiku leġġendarju
·  Suq minn hemm xbin!!
·  L-akwakultura


IT-TEMP - 7/9/2010
Xemxi
Temperatura: 
L-ogħla: 27°C
L-inqas: 22°C

Riħ:  Xlokk 8-16 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.