www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

ILGA–Europe sodisfatta bis-suċċess miksub
minn sammy sammut

Il-fergħa Ewropea tal-International Lesbian and Gay Association – ILGA Europe – kellha kliem ta’ tifħir għall-Malta Gay Rights Movement (MGRM) waqt li esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li Malta, l-iżgħar pajjiż irrappreżentat fi ħdanha irnexxie­lha torganizza l-akbar u waħda mill-aktar konferenzi ġenerali li qatt saru s’issa.

Dan il-fatt kien ikkonfermat minn ħafna mid-delegati li attendew għat-13-il Konferenza Annwali tal-ILGA–Europe li saret fil-jiem li għaddew fil-Lukanda Corinthia San Ġorġ, f’San Ġiljan, fejn kienet trattata t-tema “Negħlbu l-Barrieri Reliġjużi u Kulturali għall-Ugwaljanza LGBT”. Għaliha attendew aktar minn 300 parteċipant li kienu ġejjin minn 48 pajjiż differenti.

Din kienet ukoll l-ewwel darba li rappreżentanti mill-bord eżekuttiv ta’ ILGA-Europe flimkien ma’ rappreżentanti tal-MGRM, li kellhom sehem importanti fl-organizzazzjoni tal-Konferenza Annwali, ġew milqugħin bl-akbar korteżija minn Kap ta’ Stat. F’diskors ta’ merħba li għamel, il-President tar-Repubblika, Dr George Abela saħaq fuq l-importanza li għandha tingħata l-inklussività waqt li tkun ikkundannata kull tip ta’ diskriminazzjoni. Huwa qabel li l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tista’ sservi bħala fattur pożittiv biex ikun stimulat dibattitu kif f’pajjiżna jkunu rrispettati d-diversità u d-drittijiet tal-minoranza.

Qabel il-konferenza ewlenija tlaqqgħet ukoll Konferenza dwar id-Drittijiet ta’ Persuni Transesswali, li fi tmiemha kienet adottata dikjarazzjoni importanti li ġiet approvata mid-delegati tal-Konferenza Ġene­rali tal-ILGA­–Europe. Flimkien mal-konferenza TransEurope, ttellgħet ukoll wirja fiċ-Ċentru tal-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, liema wirja se tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sa nhar il-Ħamis, 19 ta’ Novembru.

Il-konferenza prinċipali kienet miftuħa mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Dr Louis Galea, li tkellem dwar il-fatt li d-drittijiet ta’ persuni LGBT, mhumiex drittijiet adizzjonali iżda drittijiet umani. Min-naħa tiegħu, ir-rappreżentant tal-Partit Laburista, Evarist Bartolo saħaq li “issa hu l-mument” għad-drittijiet LGBT, waqt li rrifletta fuq ir-realtà u l-ħtieġa urġenti li ċittadini LGBT f’Malta jkollhom drittijiet tassew imħarsin. Irrifera wkoll għall-fatt li d-drittijiet umani huma drittijiet universali u ma jiddependux mill-kultura ta’ dak li jkun.

L-assemblea kienet indirizzata wkoll, fost oħrajn, mill-kap tad-delegazzjoni Maltija għall-Assmblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, id-deputat Nazzjonalista Dr Francis Agius, mill-eks-Deputata Parlamentari Taljana, Vladimir Luxuria, mir-rappreżentanta tal-Kummissjoni Ewropea, Belinda Pyke, il-membru parlamentari Ewropew, Ulrike Lunacel, mill-pastor mill-Latvja Juris Calitis u Fritz Huffnagel, Deputat Sindku ta’ The Hague.

Id-delegati tal-konferenza kellhom iċ-ċans li jsiru aktar familjari mal-gżejjer Maltin billi l-MGRM ħaseb biex jorganizza għadd ta’ żjajjar kulturali f’diversi postijiet turistiċi u storiċi, apparti dawra fuq il-baħar mal-Port il-Kbir.

Intant, il-Malta Gay Rights Movement radd ħajr lill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż, l-uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummis­sjoni Ewropea f’Malta, kif ukoll lit-Taqsima tal-Visa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-koperazzjoni sħiħa li sab mingħandhom.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.