|
Il-PL se jkun qed iwaqqaf Sezzjoni għal-LGBT fi ħdanu. Dan ħabbru l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li saret ma’ delegazzjoni tal-International Lesbian and Gay Association u Rainbow Rose li kienu f’Malta għal konferenza internazzjonali organizzata mill-MGRM.
Muscat qal li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nitkellmu b’mod ipokritŕ fuq din is-sezzjoni tas-soċjetŕ tagħna u l-PL ddeċieda li jieħu din it-triq.
Il-PL se jkun l-ewwel partit politiku f’Malta li jwaqqaf sezzjoni LGBT fi ħdanu. Muscat qal li xi xhur ilu l-FŻL waqqaf sezzjoni tal-LGBT fi ħdanu u din is-sezzjoni kibret ħafna.
Il-PL ħass li għandu jestendi din is-sezzjoni b’mod formali fl-istrutturi tiegħu fix-xhur li ġejjin. ’Il quddiem meta tkun stabbilita s-sezzjoni LGBT Labour din tingħata anke rwol formali u tkun rappreżentata fil-Konferenza Ġenerali tal-PL.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-Kelliem għas-Soċjetŕ Ċivili u Drittijiet tal-Minoranzi, Gino Cauchi u rappreżentanti tal-LGBT tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.
|