www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Reazzjoni psikoloġika għall-qgħad
minn Priscilla Muscat, GWU Youths

Matul dawn l-aħħar ftit xhur assistejna għal mumenti diffiċli fil-qasam industijali, fejn kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq dak internazzjonali assistejna għal żieda fil-qgħad. Meta ngħaddu minn sitwazzjoni ta’ qgħad, ħafna nies jgħaddu min reazzjoni emotiva mqanqla minn sens ta’ telfa fejn l-individwu jesperjenza numru ta’ telfiet; fosthom it-telfa tal-istat u l-identità li kien joffri l-impjieg u fuq kollox it-telfa ta’ impjieg li kien jagħtihom sodisfazzjon u jrendilhom is-sigurtà finanzjarja meħtieġa. Din is-sens ta’ telfa twassal għal mumenti ta’ dieqa, fejn wieħed jibda jiddubita mill-abiltajiet speċjalment f’ċirkostanzi fejn il-kumpanija tkeċċi ftit biss mill-impjegati.

Hawnhekk l-individwu jgħaddi minn mumenti ta’ insikurezza dwar il-futur fejn iħoss li ma’ jistax jagħmel pjanijiet minħabba l-qagħda tiegħu kif ukoll mumenti ta’ inkwiet dwar kif se jifdi l-ispejjeż u jkompli għaddej sakemm isib impjieg ġdid. Din ir-reazzjoni tħalli wkoll impatt fir-relazzjoni ma’ sieħeb jew sieħba kif ukoll impatt fuq il-familja speċjalment jekk il-familja tkun tiddependi fuq paga waħda u minħabba f’hekk it-telfa tal-impjieg tirriżulta f’diffikultajiet kbar finanzjarji kif ukoll soċjali. Filwaqt li għal kull individwu, it-telf ta’ impjieg iqanqal mumenti diffiċli, ir-reazzjoni tal-individwu, ic-ċirkostanzi personali li wieħed isib ruħu, kif ukoll l-aspettazzjonijiet tal-individwu mill-impjieg il-ġdid huma suġġettivi u jvarjaw għal kulħadd.

F’dawn iċ-ċirkostanzi l-individwu jsib ruħu f’ċirkostanza prekarja fejn minn banda jixtieq isib impjieg ġdid li jrendilu sodisfazzjon u salarju adekwat però mill-banda l-oħra jkollu jaċċetta l-ewwel impjieg li jsib biex ikun jista’ jifdi l-ispejjeż. Din il-qagħda twassal ukoll għall-isfruttar fost il-bqija tal-ħaddiema li jkunu żammew l-impjieg tagħhom fejn minħabba tnaqqis tal-ħaddiema, il-ħaddiema li jifdal jispiċċaw jerfgħu piż ferm ikbar min qabel u jkollom ikunu iżjed flessibbli mal-bżonnijiet tal-kumpanija. Fl-istess ħin il-ħaddiema jkollhom nuqqas ta’ ħeġġa minħabba l-qagħda prekarja tal-kumpanija fejn filwaqt li jixtiequ jkomplu joffru is-servizzi fil-kumpanija jħossuhom inċerti jekk għandhomx jibqgħu jew għandhomx ifittxu impjieg ġdid li jrendilhom iżjed sikurezza.

Anki jekk din is-sitwazzjoni twassal għall-mumenti diffiċli fil-ħajja ta’ kull individwu, l-attitudni teffetwa ħafna l-opportunitajiet u l-ftuħ li jsib l-individwu iżjed ’il quddiem. It-telf tal-impjieg jista’ jwassal għal ftuħ ta’ opportunitajiet ġodda, għażliet oħrajn li forsi dak li jkun qatt ma’ kien jaħseb fihom qabel u li jkomplu jkabbru l-potenzjal tal-individwu. Għalhekk hu ferm importanti li matul dan iż-żmien wieħed janalizza s-sitwazzjoni tiegħu billi jevalwa x’inhu dak li jixtieq jagħmel, xi kwalifiki għandu u kif ukoll janalizza abilitajiet oħrajn li jista’ juża fl-impjieg tiegħu. Meta jkun ċert min dak li jixtieq jagħmel wieħed għandu jibda jibni kuntatti ma’ kumpaniji li joffru servizzi fl-istess ambitu professjonali biex iżid l-opportunitajiet tiegħu. Hu ferm importanti li dak li jkun ma’ jaqtax qalbu mill-ewwel tentattiv iżda jkun perseveranti u jfassal pjan ta’ kif jista’ jikseb dak li jixtieq.

muscatpri@gmail.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.