www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

L-opinjoni ġenerali qiegħda tinbidel
minn Vincent Marmara, GWU Youths

Fejn qatt konna noħolmu li ż-żgħażagħ Maltin ikunu progressivi dwar ċerti suġġetti u kwistjonijiet li jinħolqu fil-pajjiż.

Sa ftit tas-snin ilu kien kważi “dnub” jekk isemmi l-kelma divorzju jew jekk titkellem favur id-drittijiet tal-omosesswali.

F’dan il-pajjiż, inħoss li bqajna lura wisq li nitkellmu dwar suġġetti tal-minoranzi jew suġġetti li jkunu qegħdin jeffetwaw b’mod ħażin lin-nies b’mod psikoloġiku u kif ukoll b’mod fattwali.

Ftit tal-jiem ilu għadu kif ġie ppublikat stħarriġ ikkum­mis­sjonat mill-għaqda MOVE. Ħarġu diversi riżultati interessanti, imma li hu żgur hu, li ħareġ ċar ħafna li l-opinjoni taż-żgħażagħ qiegħda tinbidel.

Il-maġġoranza assoluta taż-żgħa­­żagħ fl-Università ta’ Malta taqbel mad-divorzju, li kop­pji li jkunu qegħdin jikkoabitaw jiġu rikkonoxuti legal­­ment u li jidħlu l-‘condom machines’ fl-Università. Dan filwaqt li l-maġġoranza jaqblu mad-dritt taż-żwieġ bejn persuni omoseswali u mal-‘morning after pill’.

Ħafna żgħażagħ jixtiequ l-bidla ta’ kif qegħdin jiġu rraġunati u mmexxijin ċerti suġġetti prinċipali fil-pajjiż. M’għadhomx iqisu dak kollu li tgħid il-Knisja bħala “vanġelu” u bħala l-unika triq tajba.

Ħafna żgħażagħ jixtiequ li dawn is-suġġetti jibdew jiġu diskussi b’mod aktar loġiku u mhux aktar b’mod spiritwali.

Irridu nibdew nirraġunaw u niddiskutu b’mod li nħossu verament dak li jixtiequ n-nies. Huwa vera li dak li jixtiequ n-nies mhuwiex dejjem it-tajjeb, imma suġġetti bħal dawn il-każi huwa differenti.

Dawn huma suġġetti li jolqtu b’mod dirett il-ħajja tan-nies, huma suġ­ġetti fejn jolqtu b’mod ħaj il-problemi soċjali li jiltaqgħu magħhom in-nies.

Huwa vera li wieħed irid joqgħod attent li ma jkunx hemm abbużi meta jidħlu l-liġijiet imma b’hekk importanti li jkollna gvern serju li joħloq liġijiet ippjanati b’mod tajjeb ħafna biex tevita abbużi fil-liġijiet.

Nemmen li l-estremitajiet qatt mhuma tajbin u b’hekk ma nistgħux nibqgħu nżommu lura milli niddiskutu dawn is-suġġetti fil-pajjiż.

Ma naqbilx li dawn l-affarijiet imsemmijin hawn fuq ma jidħlux fis-sistema Maltija u fl-istess ħin ma naqbilx li jinfetħu l-affarijiet beraħ b’mod li kulħadd jispiċċa jagħmel li jrid b’konsegwenza li nibnu kultura fejn kollox huwa xorta.

Meta niftħu l-bieb b’mod legali u strutturat għal dawn is-suġġetti nkunu qegħdin niftħu l-bieb għal aktar inklussività fil-poplu tagħna.

Inkunu qegħdin nagħmlu aktar nies iħossuhom komdi li jgħixu f’dan il-pajjiż għax verament ikollna sistema fejn tittratta lil kulħadd bl-istess mod.

Gvern m’għandux ikun hemmhekk biss għal dawk li jimxu skont kif tgħid il-Knisja, imma gvern irid ikun hemm għal kulħadd u b’hekk kulħadd jrid jkollu l-istess drittijiet.

Inħossni kunfidenti li l-loġi­ka se tkun qiegħda tirrenja aktar f’dan il-pajjiż.

Liġijiet bħal dawn għandhom ikunu ippjanti b’mod li min irid jimxi mall-progressività jista’ jimxi b’mod liberu u min irid jimxi b’mod konservattiv jista’ jgħix b’mod liberu wkoll.

Is-soċjetà għandha tkun mibnija fuq inklussività komuni bejn kulħadd.

vincentmarmara@gmail.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.