www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Iċ-ċifra reali hi ta’ 5,600 impjieg
- l-Agent Kap Ezekuttiv ta' SmartCity Malta,
Fareed Abdulrahman
minn Victor Vella

“Ikun lest kollu f’Diċembru tas-sena 2021 – tnax-il sena oħra. Mil-lum imma nista’ ngħidlek diġa kif qed narah. Mimli u ppakkjat bin-nies. Min jaħdem u min jippassiġġa. Nies deħlin u oħrajn ħerġin. Qed nara villaġġ globali – mimli attività. Dik iż-żona se tinbidel drastikament… iż-żmien se jtina raġun”. Hekk sostna ma’ l-orizzont, l-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ Smart City Malta, Fareed Abdulrahman (ritratt), meta lbieraħ iltqajna miegħu fil-lukanda Interncontinental. Bi stil uniku tiegħu, iżda iffokat fuq kif dan il-proġett se jbiddel dik iż-żona fin-naħa t’isfel ta’ Malta, Fareed ma ddejjaq xejn jikkummenta anke dwar aspetti kontroversjali tal-proġett u fuq kollox kif dan għandu jkun proġett li se jkun ta’ eżempju mil-lat ambjentali.

Mit-terazzin li jinsab fil-15-il sular tal-lukanda Intercontinental f’Paceville, jien u Fareed Abdulrahman stajna naraw veduta ta’ Paceville. Il-kliem malajr waqa’ fuq id-dehra mhix daqstant sabiħa mill-ajru, fejn stajna naraw stili differenti ta’ bini u b’kuntrasti għal xulxin. Ma naqasx li hu stess jirrimarka b’ċertu bini li l-istil tiegħu m’għoġbux. Fuq Smart City jenfasizza li l-bini ġie ddisinjat minn esperti fl-arkitettura, fejn għalkemm din se tkun belt moderna, fiha se jkun hemm aspetti Maltin ukoll. Fuq kollox mhux se tara taħwid u geġwiġija ta’ stili ta’ bini, iżda uniformità.



Issemmew 8,600 impjieg, 11,000 impjieg… iċ-ċifra reali hi ta’ 5,600 impjieg

Spjegajtlu li matul is-snin, fejn jidħlu l-impjiegi li se jinħolqu b’dan il-proġett, issemmew diversi ċifri. Bdiet tissemma’ ċ-ċifra ta’ 5,600 impjieg, 7,000 impjieg, għal xi żmien telgħet anke sa 8,500 impjieg. Fil-fatt skont stqarrija li kien ħareġ il-Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Kommunikazzjoni immexxi minn Austin Gatt f’April 2008, l-impjiegi kellhom jitilgħu għal 8,600.

Fareed Abdulrahman, bit-tbissima tiegħu, iddikjara b’mod immedjat li “fuq l-impjiegi jien nista’ nagħti ċ-ċifra reali. Se jinħolqu 5,600 impjieg ġdid”.

Staqsejtu jekk din tinkludix il-proġett kollu u hu iwieġeb li “din iċ-ċifra tinkludi kollox. F’dak il-proġett mistennijin jaħdmu 5,600 persuna.”



“Telqu għax riedu huma”

Qabel bdejna l-intervista qalli ċar u tond li nista’ nistaqsi li rrid għax kien lest iwieġeb għal kollox. Ma stajtx ma nistaqsihx dwar l-erba’ riżenji minn uffiċjali Maltin li kienu nvoluti fil-proġett. Dawn kienu Claudio Grech li kien Kap Eżekuttiv, Martin Attard Montalto, Joseph Anastasi u Antoine Portelli. Għedtlu li jidher biċ-ċar li b’dawn ir-riżenji kien hemm kunflitt bejn Tecom u l-Maltin. Staqsejtu jekk dawn ir-riżenji tefgħux il-proġett ta’ Smart City lura kif kien hemm min irrimarka.

Bla tlaqlieq, Fareed jgħid li “bla dubju ta’ xejn li mhux minnu li l-proġett mar lura. Hi xi ħaġa komuni f’kumpaniji li jkollok nies li jitilqu u oħrajn ġodda li jiġu fihom. Dawn kienu kollegi tiegħi. Proġett bħal dan ma jkunx jiddependi fuq persuna waħda jew ftit nies. Irrid ngħid iżda li dawn telqu għax riedu huma. Ma saret l-ebda pressjoni min-naħa tagħna biex dawn jitilqu.”



Lezzjonijiet lil Malta

Ma tistax ma tqajjimx il-punt ambjentali fuq proġett ta’ dan il-kobor. Mistoqsi dwar x’miżuri se jittieħdu mil-lat ambjentali u f’dik li hi effiċjenza fl-enerġija, Fareed jgħidilna li “kollox ġie ddisinjat minn esperti li qabbadna. Nista’ ngħidlek li hemm ċertu ġebel li kien fis-sit li se nerġgħu nużawh u mhux se jintrema. Anki fejn jidħol l-ilma. Għandna diversi riservi u peress li l-post qiegħed imżerżaħ għall-baħar, l-ilma se jiġi trasportat bil-gravità. Dan kien ifisser li ffrankajna flejjes kbar.


Tawni pariri fuq x’ġebel nużaw fuq barra u fuq ġewwa, kif għandna nagħmlu d-dwal u fuq kollox l-angoli tat-twieqi biex ikun hemm aktar dawl naturali. Fejn jidħol l-ivvjaġġar madwar din il-belt, se nkunu qegħdin ninkoraġixxu li l-ivvjaġġar fiha jkun permezz tar-roti. Dan biex ma nsemmix miżuri oħrajn mill-enerġija solari, hdyro u thermo. Dan se jkun proġett aħdar ewlieni f’Malta”, qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Smart City.

Fareed Abdulrahman, qal li “nista’ ngħidlek li fi Smart City se jkun hemm jaħdmu l-aħjar nies fis-settur tagħhom. Dan ġara wkoll f’Dubai għalkemm aħna ma ndunajniex biha mill-ewwel. Min ġej jinvesti hawn irid jara li jkollu l-aħjar nies u għalhekk dawk l-aħjar f’Malta, se jkunu fi Smart City. Hemmhekk mhux se jkun hemm impjegati fis-settur tal-ICT biss. Se jkun hemm awdituri, persuni fil-management, amministraturi, segretarji u xogħlijiet oħrajn.”

Saħaq li “l-ewwel blokk se jkun lest f’Ġunju tas-sena 2010. Dakinhar aħna se ngħaddu l-bini lill-kumpanija li se tkun tokkupah. Huma imbagħad iġibu l-għamara u l-affarijiet l-oħrajn. Hu stmat li sa xahrejn wara jkun hemm l-ewwel persuni jaħdmu fi Smart City”.



Il-Greċja u Ċipru kompetituri ta’ Malta

L-Aġent Kap Eżekuttiv, jgħid ukoll li “l-Greċja u Ċipru huma kompetituri kbar ta’ Malta. Nara imma li Malta tista’ tikkompeti u tattira investiment. Issib ħafna kumpaniji li għandhom bażi fil-Greċja u Ċipru. Ħafna kumpaniji jagħżlu li jinvestu fil-Greċja u Ċipru mhux għax huma aktar attrajenti jew għax għandhom inqas taxxa, imma għax sempliċiment ikunu jridu suq akbar.”

Fareed Abdulrahman ma jonqosx li jsemmi l-impatt pożittiv li diġà ħalla s’issa l-proġett. Fost dawn hemm żieda fil-valur tal-proprjetà ta’ residenti li hemm fil-qrib.

Spjegalna li l-prezz tal-proprjetà hemmhekk ilu tiela’ għal dawn l-aħħar sentejn, u qal li jimmaġina li ftit snin oħrajn dak il-bini jkun inbiegħ għax ikun qiegħed iġib prezzijiet tajbin.

Spjega kif kien hemm min ried jagħmel tieqa li tħares fuq il-proġett, bir-rimarka tkun li meta dak jiġi biex jinbiegħ jirreklamah bħala li minnu qiegħed tara Smart City. Fareed qal ukoll li Smart City hi miftuħa għal kulħadd u jinkoraġixxi biex ħafna jmorru fiha, anke biex igawdu u jirrilassaw. Spjega li hu ma riedx jibni ħitan madwar din il-belt, għax iridha ta’ kulħadd.

Ta’ min jgħid li Smart City Malta se jkun żvilupp fuq 358,000 metru kwadu bi spiża ta’ $300 miljun. Mill-5,600 impjieg li se jinħoqlu madwar 65% se jkunu fl-informatika. Sa Diċembru tas-sena 2015 għandhom jitlestew il-parks tal-ICT u l-‘media business park’. Sa Diċembru tas-sena 2012 għandhom jitlesew il-partijiet kummerċjali u residenzjali ta’ Smart City Malta.

Ix-xogħlijiet fuq il-pedamenti u fuq ir-‘retaining structure’ fl-SCM01 issa tlestew u SmartCity Malta issa tinsab fil-proċess ta’ kostruzzjoni tal-istruttura tal-bini. Flimkien ma’ dan il-progress strutturali, bdew ukoll ix-xogħlijiet fuq il-faċċata mill-kuntrattur lokali mqabbad għal dan ix-xogħol.

Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq SCM01, hija l-ewwel binja fl-ewwel fażi ta’ SmartCity li bħalissa tinsab f’fażi ta’ kostruzzjoni. Din il-binja se tkun tikkonsisti fi 12,000 metru kwadru ta’ spazju li se jkun allokat għal uffiċini Grad A, liema spazju mistenni jkun lest biex jgħaddi f’idejn l-ewwel imsieħba fin-negozju fl-2010, kif kien fil-fatt ippjanat.

SmartCity Malta ressqet l-applikazzjoni tagħha lill-MEPA għall-‘grading permit’ tas-sit kollu għall-fażijiet kollha tal-bini ta’ dan il-proġett, inklużi l-laguna, iż-żona tal-ħwienet u ż-żona residenzjali. It-tender għall-‘grading’ tas-sit inħareġ ukoll.

SmartCity Malta għadha kemm investiet f’eżerċizzju estensiv ta’ ‘value-engineering’ biex tiżgura l-effiċjenza kollha fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-proġett kollu. Dan wassal għal tnaqqis drastiku fil-volum ta’ tħaffir li qed ikun riċiklat u rijabilitat biex jerġa’ jintuża fis-sit. Permezz ta’ eżercizzji bħal dawn, SmartCity Malta qiegħda tkompli tiżgura u tħares prattiċi pożittivi fil-kostruzzjoni.

Ix-xogħlijiet ta’ ppjanar u kostruzzjoni ta’ SmartCity Malta jinsabu għaddejjin b’ritmu mgħaġġel u l-bini tal-istruttura mistenni jitlesta skont kif tfassal fil-pjan.

victorvella2002@yahoo.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.