www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Sena skolastika ġdida... problemi antiki?
minn Ryan Fiorentino, GWU Youths

Ħafna mill-istudenti rritornaw għal bankijiet tal-iskola wara sajf ta’ mistrieħ. Dan ifisser li kulħadd jerġa’ jibda bir-rutina ta’ kuljum ta’ homeworks, assignments u eżamijiet li jwasslu għal stress kemm fuq l-istudenti nvoluti kif ukoll fuq il-ġenituri tagħhom. Ta’ spiss nisimgħu għalliema jilmentaw li l-curriculum li jingħataw fil-bidu tas- sena huwa vast wisq biex ilaħħquh matul is-sena skolastika. Dan qed iwassal biex matul is-sena ssir ġirja sfrenata mill- għalliema biex ilaħħqu ma’ dak li għandhom ippreparat għad-detriment tal- kwalità tat-tagħlim. Hawn ta’ min jistaqsi x’qed isir biex din il problema ma titħalliex fuq l-ixkaffa sena wara sena bir- riżultat li ħafna studenti jaqgħu lura bħal granċ u eventwalment isiru l-‘vittmi’ tas- sistema edukattiva tagħna.

Xi ngħidu għas-sigurtà tal-għalliema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Ġieli smajna fl-aħbarijiet li għalliem ġie attakkat fiżikament minn ġenituri jew nies li daħlu l-iskola u aggredew l-għalliem saħansitra quddiem l-istudenti. Dan iwassal għal tbatija psikoloġika tal- għalliem kif ukoll tagħmel ħafna ħsara lill- ambjent tal-iskola fejn suppost huwa ambjent li fih apparti li nitgħallmu suġġetti akkademiċi, nitgħallmu wkoll nirrispettaw lil xulxin. X’inhu jsir f’dan ir rigward? Jew se nerġgħu nistennew li jiġri li inċident bħal dan u wara noqogħdu nibku dmugħ tal-kukkudrilli? X’inhu jsir mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex l-għalliema jgħallmu fis-serenità u mingħajr biża’ li xi ħadd jipprova jieħu l-liġi b’idejh kif semmejt.

Qiegħed niltaqa’ ta’ spiss ma’ studenti universitarji li qegħdin jilmentaw li bdew is-sena akkademika tagħhom u għadhom ma jafux ġewx aċċettati mill-istess università għal dak il-kors partikolari. Nistgħu nkunu nafu għala din it-tbatija żejda bla bżonn biex ninformaw lil kulħadd fil- ħin jekk humiex eliġibbli għal xi kors jew le? Għala dan it-tkaxkir ta’ saqajn bla bzonn? Din hija problema li sena wara sena titfaċċa iżda kollox jibqa’ fl-‘istatus quo’.

Ta’ min jinnota li sar u qed isir investiment fl-edukazzjoni imma anke hawnhekk hemm bżonn ta’ aktar serjetà u trasparenza kif qegħdin jintefqu l-flus u l-gwadann li qed jagħmel l-istudent fl- aħħar tal-ġurnata. Inutli jkollok skejjel sbieħ u mgħammrin meta hemm affarijiet bażiċi bħal dawk li semmejt li huma neqsin. Huwa importanti li meta ngħidu edukazzjoni ma nkunux qegħdin nifhmu n-numru studenti fl-MCAST, Università, jew skejjel madwar il-pajjiż.

Dan minnu nnifsu huwa tajjeb, iżda mhuwiex assolutament biżżejjed. L-edukazzjoni trid tkun ħolistika u tinkludi fiha l-aspetti kollha tat-tagħlim. Dan ifisser aspetti bħal kif jitfassal il-kurrikulu, sas-sigurtà fl-iskejjel u l-korrettezza tal-karti tal-eżamijiet.

B’hekk biss jista’ jkollna edukazzjoni effettiva u nklussiva lil hinn mix-xinxilli li għalkemm bżonnjużi mhumiex il-wasla iżda biss it-tluq ta’ edukazzjoni verament effettiva għal ġejjieni tas-soċjetà.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.