|
Fil-jiem li għaddew it-Taqsima Żgħażagħ tal-GWU, flimkien mal-GWU, inawgurat il-bidu ta’ skema ġdida għas-sħubija fil-GWU għall- istudenti u l-apprendisti. Din l-iskema tnehdiet għax il-GWU tifhem li ħafna studenti m’għandhomx sors regolari ta’ dħul u x-xogħol li jaħdmu ikun ħafna drabi fuq bażi ta’ partajm jew staġjonali.
Madankollu fl-istess ħin huwa dan is-settur ta’ ħaddiema li normalment jiġu offruti xogħol prekarju u/jew b’kundizzjonijiet imnaqqsa. F’dan il-kuntest, peress li dawn iż-żgħażagħ mhumiex f’pożizzjoni li jħallsu l-istess rata ta’ menswalitŕ bl-istess mod li attwalment iħallsu l-membri regolari l-oħrajn tal-unjin, il-GWU nehdiet skema b’miżata irħisa tul it-tkomplija tal-istudju fultajm kollu wara l-iskola obbligatorja.
Il-miżata hija ta’ ħames (5) ewro għal tul it-tkomplija tal-istudju fultajm kollu. Eżempju, jekk wieħed jagħżel li jkompli l-istudju tiegħu wara l-edukazzjoni obbligatorja fis-Sixth Form, u wara jagħżel li jsegwi diploma fil-MĊAST il-miżata titħallas darba u tkun tapplika tul il- perjodu kollu.
Biex wieħed ikun jista’ jibbenefika f’din l-iskema jrid isegwi kors jew jistudja ma’ waħda minn dawn l-istituzzjonijiet bħala fultajm. L-istituzzjonijiet huma: L-Universitŕ ta’ Malta, G.F. Abela Junior Ċollege Malta, De La Salle Ċollege Sixth Form, San Alwiġi Sixth Form, Giovanni Ċurmi Higher Secondary, Sir M. Refalo Post-Sec. Complex Għawdex, MCAST (Malta Ċollege of Arts Science and Teċhnology), ITS (Institute of Tourism Studies), Nursing Institute.
L-istudenti li japplikaw għal din l-iskema jridu jkunu lestew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom u jkunu taħt il-ħamsa u tletin (35) sena meta jirreġistraw fl-iskema.
Dawk li jixtiequ jissieħbu f’din l-iskema għandhom jibgħatu dawn id-dettalji: isem, indirizz, numru mobile/telephone, isem tal-istituzzjoni edukattiva, isem tal-kors, il-bidu u t-tmiem tal-kors, post tax-xogħol (jekk applikabbli) flimkien ma’ €5 (preferibbilment f’ċekk) lit-Taqsima Żgħażagħ GWU, Workers’ Memorial Building, South Street, Val-letta.
Meta wieħed jidħol mal-GWU b’din l-isekma jkun qed igawdi minn rappreżenta fuq il-post tax-xogħol kemm jekk fultajm jew partajm kif ukoll pariri b’xejn relatati mal-post tax-xogħol. Bħala parti mill-benefiċċji tas-sħubija, il-GWU qiegħda toffri dawn is-servizzi professjonali ta’ nutar, avukat, perit u psikologu bla ħlas jew bi prezzijiet imraħħsa.
Dawk l-istudenti li jissieħbu f’din l-iskema jingħataw membership card tal-GWU flimkien mal-My Malta Ċard. Din tal-aħħar tkun valida għal sena u li biha wieħed jista’ jgawdi minn skontijiet u offerti minn ħafna stabbilimenti differenti madwar Malta u Għawdex.
Fost vantaġġi oħrajn, bħala membri fl-iskema tal-istudenti tal-GWU wieħed jista’ jgawdi minn: 10% skont minn fuq il-poloz tal-Assikurazzjoni mal-Untours Insurance, Offerti mal-GO, Privilege Ċard mal-Isptar St James Ċapua, skontijiet u offerti mill-bank HSBĊ fejn jidħlu kard tal-kreditu, Flexicredit u home loans, roħs minn stabbilimenti tad-divertiment f’pajjiżna, għajnuna b’xejn għal ĊV development and building, għażla ta’ korsijiet mill-Fundazzjoni Reggie Miller bi prezzijiet speċjali.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat fuq: youths@gwu.org.mt | andre.damato@gmail.com jew iċempel/SMS fuq 79370523.
|