www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Aktar qrib iż-żgħażagħ
minn Vincent Marmara', GWU Youths

Il-GWU Youths għaddejja f’ħidma biex tkun aktar qrib taż-żgħażagħ. Infatti fil-Kun­gress tal-GWU, il-GWU Youths se jkollha sehem attiv ħafna fejn anke se tressaq mozzjoni biex inkunu aktar qrib taż-żgħażagħ Maltin u b’mod speċjali wkoll qrib tal-istudenti.

Infatti fil-mozzjoni li se tkun qiegħda tressaq il-GWU Youths se nkunu qegħdin nagħmlu ske­mi speċjali ta’ ‘membership’ għall-istudenti mingħajr impjieg regolari. Aktar minn hekk, persuna minn kull taqsima fil-GWU se tkun qieghda tir­rap­preżenta lil GWU Youths. Dan kollu qiegħed isir biex il-GWU tkun aktar qrib taż-żgħażagħ u l-istudenti.

Dan kollu fid-dawl li billi jkol­lna l-kuntatti tagħhom in­kunu nistgħu nżommu aktar qrib tagħhom biex nagħrfu aħjar il-bżonnijiet u d-diffikulta­jiet tagħhom. Dan jista’ jsir permezz ta’ rivisiti, kampanji dwar sfruttament ta’ ħaddiema u kuntatt personali f’każ ta’ ċertu diffikultajiet li jkollhom.

Il-GWU Youths se tkun qiegħ­da f’ħidma biex liż-żgħażagħ tfehemhom x’inhuma l-opportu­nitajiet u l-vantaġġi meta persu­na tkun parti minn unjin. Infatti hemm ħafna inċentivi u vantaġġi li ż-żgħażagħ se jkollhom opportunità li jieħdu meta jku­nu membri tal-GWU.

Il-GWU qiegħda tagħmel invit lil kulħadd u qiegħda tkun hi l-protagonista li tinżel qrib tan-nies u tifhem sewwa l-problemi tagħhom. Aktar minn hekk, qiegħda tagħraf aħjar x’inhuma l-affarijiet li wieħed ikollu bżonn f’ħajtu. Apparti li tagħraf u tifhem se tkun qiegħda tagħti inċentivi biex wieħed ikun jista’ jgħix ħajja aħjar, aktar komda u b’kundizzjonijiet tajbin.

Dan l-invit huwa miftuħ għal kulħadd. Iż-żgħażaghħ għandhom post speċjali fil-GWU. Anke l-istudenti se jkollhom is-sehem tagħhom u se jkollhom vantaġġi kbar meta tikkonsidra li dawn m’għandhom l-ebda dħul. B’hekk huwa importanti li wieħed f’dawn il-jiem li ġej­jin jkun qiegħed isewgi sewwa dak li se tkun qiegħda toffri l-GWU, kemm lil kbar u kif ukoll liż-żgħażagħ.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.