|
Nhar is-Sibt 26 ta Settembru, assistejna għat-twaqqif tal-fondazzjoni IDEAT, L-ewwel Think Tank progressiva fMalta. Din il-fondazzjoni, li se tkun qiegħda tieħu post il-fondazzjoni Guzè Ellul Mercer, l-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli u s-Segretarjat Edukattiv tal-Partit Laburista, se sservi bħala ċentru ta studju politiku bil-għan aħħari li tiżviluppa, tipproponi u tippromwovi politika progressiva. Din il-fondazzjoni se tkun ibbażata fuq ideali soċjal-demokratiċi u progressivi Ewropej u hija mfassla fuq il-mudell tal-fondazzjoni tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej FEPS (Fondazzjoni Ewropea għall-politika progressiva).
Il-Fondazzjoni IDEAT mistennija tieħu rwol ċentrali fid-diskussjoni dwar temi politiċi u ta ġrajjiet kurrenti bħarsa wkoll lejn l-edukazzjoni, l-arti, il-kultura u t-taħriġ. Filwaqt li tanalizza l-isfidi kurrenti ta pajjiżna, l-IDEAT mistennija tadotta rwol proattiv foqsma bħall-promozzjoni tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, ix-xogħol, l-ambjent, l-ekonomija, u l-għajnuna soċjali fost diversi oqsma oħrajn biex tfassal ideat politiċi u r-riformi meħtieġa bil-għan li jintlaħqu soluzzjonijiet sostenibbli u tanġibli għal dawn is-setturi ferm sinifikanti u influwenti fis-soċjetà Maltija.
Għalhekk, din il-fondazzjoni se taħdem bil-għan li ssaħħaħ il-qafas ta ħsieb dwar temi kurrenti filwaqt li sservi ta katalista għall-ideat u soluzzjonijiet progressivi. Il-Fondazzjoni se taħdem ukoll biex ittejjeb il-livell u l-kwalità ta diskussjoni bejn il-Partit Laburista, is-soċjetà ċivili u l-komunità.
Il-fondazzjoni IDEAT tħaddan il-valuri progressivi Ewropej fosthom li l-opportunitajiet, il-poter u l-ġid komuni jkunu fidejn il-ħafna u mhux il-ftit, li kull tifel u tifla jkollhom l-opportunità li jirnexxu, u li persuna tikseb ħafna aktar meta taħdem fil-komunità għall-komunità milli meta taħdem għaliha biss.
IDEAT se tkun qiegħda taħdem ukoll biex il-ġenerazzjoni preżenti u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin jerġgħu jiksbu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, fil-politiċi u fil-politika, fiduċja fil-kapaċitajiet u t-talenti tagħhom li għandhom iwasslu biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet u l-miri tagħhom u l-għan aħħari li Malta tkun fost l-aqwa fl-Ewropa.
Fost il-kelliema ewlenin għat-twaqqif tal-fondazzjoni kien hemm Aaron Farrugia, iċ-Ċerperson tal-Fondazzjoni IDEAT; Ernst Stetter, is-Segretarju Ġenerali tal-FEPS (Fondazzjoni Ewropea għall-politika progressiva; kif ukoll Dr Joseph Muscat.
|