www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Kyoto u Dellimara
minn Lorna Vassallo

Huwa ferm ironiku li eżattament meta 40 kap ta’ stat minn madwar id-dinja kollha qegħdin jiltaqgħu biex jiddiskutu t-Trattat ta’ Kyoto dwar it-Tibdil fil-Klima, f’din il-gżira ċkejkna tagħna qegħdin niddiskutu kif il-Gvern tagħna qed jara kif jagħmel biex jakkwista makkinarju antik li jista’ juża biss għal żmien limitat u jħallas €200 miljun għalih. Apparti dik li regolarment saret tissejjaħ ix-‘xamma kbira ta’ korruzzjoni’, il-koinċidenza ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti, wieħed nazzjonali u l-ieħor internazzjonali, donnha ġiet apposta biex turina l-patetiċità tal-politika interna Maltija. Qegħdin nitkellmu fuq sitwazzjoni fejn fi żmien il-karozzi, l-Malti qed jinnegozja biex jixtri ħmar.

Aktar minhekk, jekk ma jimpurtax jirrimarka, fi gżira li hi mogħnija bix-xemx f’bosta ġranet tas-sena. Gżira li l-Unjoni Ewropea stess diġà qie-għda tikkunsidra bħala mhux biss produttur tal-enerġija solari li jaqdi l-ħtiġijiet ta’ pajjiżu permezz tal-enerġija li jipproduċi mix-xemx u anke l-irjieħ, iżda wkoll bħala esportatur tal-istess enerġija lejn pajjiżi akbar fl-UE. Tal-inqas dan kien wieħed mit-tiri tal-politiċi xellugin Ewropej fil-prospett imniedi mis-Soċjalisti Ewropej qabel l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew matul din l-istess sena.

Iżda nemmen li l-importan-za mil-lat ambjentali fil-kwistjoni tal-estensjoni ta’ Dellimara mhix qiegħda tingħata l-attenzjoni li fil-fatt jixirqilha. Mhux qed nisma’ biżżejjed bi protesti mill-għaqdiet ambjentali lokali li jippruvaw iġibu l-Gvern f’sensih dwar il-gravità ta’ dak li dieħel għalih. Mentri fil-każ tal-permess mogħti lil Victor Scerri għall-bini f’Wied kien hemm protesti li ħallew il-frott tagħhom, fil-każ ta’ din l-estensjoni ma jidhirx li hemm l-istess ħeġġa. Donnhom li l-għaqdiet ambjentali qegħdin iħallu f’idejn il-Partit Laburista biex jagħmel ir-rwol tiegħu, mentri l-istess partit qed jemfasizza wkoll il-lat politiku. Tħares minn fejn tħares, din il-kwistjoni hi waħda gravissima. Iżda li nixtieq nara aktar jien f’każ ta’ din il-gravità hu front wieħed bejn għaqdiet ambjentali, partiti politiċi u istituzzjonijiet oħrajn bħal eżem-pju l-istess Knisja li jagħmlu s-saħħa kollha biex il-kuntratt ma jiġix attwat. Il-pressjoni tis-ta’ ssir b’diversi modi u fuq diversi livelli.

L-ewwelnett protesti fejn mhux biss membri tal-għaqdiet konċernati iżda wkoll ċittadini privati juru n-nuqqas ta’ qbil ma’ din l-estensjoni. Iżda aktar minhekk għandu jsir rikors lejn il-kommunità Ewro-pea kif ukoll dik internaz-zjonali biex tinġibed l-attenzjoni għal dak li qed iseħħ f’paj-jiżna. Għandna nippressaw kemm nistgħu, anke jekk hemm bżonn ta’ proċeduri legali ta’ kull tip li jistgħu jsiru kontra l-Gvern jew partijiet involuti.

Għaqdiet jew partiti politiċi għandhom iħeġġu ċ-ċittadin li kważi għandu aktar poteri li jiftaħ kawżi biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu anke b’dan il-mod jekk hemm bżonn.

Finalment insostni li dak li hu inaċċettabbli għandu jitqies bħala inaċċettabbli u m’għan-dna naċċettawh fl-ebda’ cirkos-tanza. Minkejja l-fatt li sfortunatament qegħdin ferm nidraw li f’pajjiżna min għandu l-flus isaltan hemm bżonn li din l-istess mentalità tindibel. Id-danni ta’ teknoloġija antikwata se jiġu soffruti primarjament min-nies li joqogħdu viċin tal-impjant, u anke mill-poplu Malti kollu. Min-naħa l-oħra però l-valuri ambjentali li qegħdin jiġu mis-tennija li jiġu mħaddnin miċ-ċittadini individwalment għan-dhom jiġu implimentati wkoll bl-aktar mod ampju mill-istess Gvern.

Reġa’ wasal iż-żmien li ċ-ċittadin juri li huwa suprem fuq il-Gvern. Huwa proprju għalhekk li għandu jsemma’ leħnu. Dan minkejja t-“terroriżmu psikoloġiku” li kull ċittadin huwa sottomess għalih jekk juri li huwa kontra l-Gvern.

Minkejja li hija mrażżna bil-kbir, il-ġamar tad-demokrazija għadu jeżisti f’pajjiżna – għandna nrewħuh ħalli neliminawh għal dejjem għax jekk tmut ix-xrara jmut magħha l-pajjiż.

www.lornavassallo.com

lornav@maltanet.net

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.