www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Anti-soċjaliżmu ġustifikat
minn Lorna Vassallo

Inħobb nitkellem fuq it-teorija politika. Wara kol-lox, għalkemm għandna ħafna nies li jmorru jvvotaw fl-elezzjonijiet ġenerali, ħafna minnhom ftit li xejn jifhmu fit-teorija politika.

It-teorija hija importanti u mhix fil-politika. Bħal f’kollox il-prattika hija iktar importanti. Mhux kull min isejjaħ lilu nnifsu soċjalist huwa hekk u lanqas viċi-versa.

Però tajjeb li wieħed jirrimarka li lokalment, jekk wieħed jinjora għal mument isem il-Partit Nazzjonalista, li huwa kollox barra Nazzjonalist, ninsabu ekwilibrati tajjeb fuq l-ispettru politiku.

Il-Gvern sar l-ifqar mis-sinjuri. Is-servizzi soċjali qegħdin jiġu mnaqqsin bil-mod u indirettament. Is-sinjur qed isir aktar sinjur u l-assi tal-pajjiż inbiegħu kważi kollha lill-privat. Fil-fatt qegħdin nesperjenzaw żmien fejn il-politika leminija hija fl-aħjar tagħha. Il-kbir dejjem jeħxien, iż-żgħir jinxef u jisparixxi. Nies li mhumiex direttament fil-politika dejjem jikkmandaw aktar nies fil-politika. Ċertu razziżmu bejnietna l-Maltin u kontra nies oħrajn b’lewn differenti jeżisti wkoll. Ftit ftit saħansitra minn ċentru sejrin għal aktar estrem.

Ma nistgħux ngħidu li kulħadd imdejjaq b’hekk. Min gawda ma jistax jgħid li mdejjaq u jekk jgħid hekk ma nemmnuhx. U ħafna drabi min ikun li gawda? Proprjament ikun dak li rnexxa, xi ‘role-model’ tas-soċjetà. Kif irnexxa hija kwistjoni oħra, imma rnexxa. Kull ma jrid partit lemini huma biżżejjed nies li jibilgħu l-lixka li kulħadd jista’ jirnexxi, mhux ta’ ġewwa biss u b’hekk biżżejjed biex jerġa’ jintrebaħ il-Gvern. Iżda fil-verità bħalissa hu l-veru żmien biex tkun anti-soċjalist. Ngħid dan għax fil-verità, is-soċjaliżmu jippreżumi li l-Gvern hu wieħed tajjeb. U li jirnexxi aktar mill-privat.

Għax, is-soċjaliżmu, jiġifieri politika li tiffavorixxi aktar poter f’idejn il-Gvern biex ikollu kontroll fuq l-ekonomija, qatt ma jikkontempla Gvern li kwalunkwe poter (żgħir kemm hu żgħir) li għandu f’idejh jużaw biex jiffavorixxi l-privat. U hu proprju dan li qed jiġri f’pajjiżna. Gvern Nazzjonalista ftit li xejn għad baqgħalu poter jekk mhux politiku. Ma tantx għad baqgħalu ishma f’intrapriżi u assi tiegħu nnifsu. Dan għax kollox biegħ bir-ribass. Iżda li huwa żgur huwa li tidher tendenza ċara li l-poter qed jintuża proprju biex jaġevola l-privat u mhux lis-soċjetà. L-aħħar każ l-iktar ċar bħal dan hu t-tender għall-bini ta’ impjant tal-power station f’Dellimara.

Iżda jekk wieħed iħares ħarsa madwaru dlonk jinduna li bħala ċittadini nistgħu nibdew nitolbu li l-affarijiet isiru mill-privat. Għax il-privat jasal ħafna iktar mill-Gvern. Almenu l-privat tista’ ddaħħlu l-qorti jekk ma jasalx u jekk jisirqek, jisirqek darba. Almenu l-privat, b’xi mod jew ieħor jekk ikun tard jew jitlob iktar milli mwiegħed tista’, tieħu azzjoni kontrih.

Allura, bħalissa huwa verament ż-żmien li nkunu anti-soċjalisti! U li nixtiequ ninsew li hemm Gvern. Issa, għal dawk li jridu jkunu moderni u jimxu fuq it-triq ta’ fost oħrajn, Obama, għandhom jafdaw l-ekonomija aktar milli f’kumpaniji privati li jistgħu jfallu u li meta jkunu f’mumenti kritiċi kull ma jistgħu sempliċiment jiddikjaraw falliment u jitilqu ’l hemm, iridu jivvotaw għal politika xellugija.

Iżda politika li tiffavorixxi ċ-ċittadin bi preferenza mill-kumpaniji privati qatt ma tista’ tkun fis-seħħ bi Gvern lemini.

Inutli ċ-ċittadin jaħseb li se jiġi l-ewwel għal partit lemini (li tiegħu il-PN ta’ Malta u wieħed mill-aqwa eżempji) – hemm biss soluzzjoni waħda. Politika xellugija, bi gvern xellugi. Wisq nibża’ li l-erba’ snin li ġejjin se jkollna naraw kif dak li għidt hawn fuq, se jkollna dimostrazzjonijiet aktar traġiċi tiegħu.

Ngħir għal pajjiżi oħrajn li minkejja li għandhom gvernijiet leminin (bħal Sarkozy fi Franza u Berlusconi fl-Italja) il-gvern tagħhom qed iħaddan tendenzi xellugin matul iż-żmien tar-riċessjoni u jagħmlu inċentivi billi jraħħsu l-petrol jew il-VAT.

Ħaġa waħda wieħed jittama li jekk il-PN kien gvern ħażin, ma jfissirx li l-PL se jkun gvern ħażin. Wara kollox aktar kemm il-PN jattwa politika xellugija (kif filfatt qed jagħmel) aktar jista’ jiffavorixxi l-intraprenditur a skapitu taċ-ċittadin.

Aktar kemm il-PL jattwa l-politika tiegħu aktar jista’ jiffavorixxi liċ-ċittadin. Wieħed ma jridx jinsa, wara kollox, li hu ċ-ċittadin li jtella’ l-gvern. Mhux il-kumpaniji. U dak minnu nnifsu hu kunċett purament xellugi. Daqskemm hi l-idea li bniedem wieħed vot wieħed. Iċ-ċittadini mhumiex biss dawk li jiġu kkonsultati fil-ġbir tat-taxxi iżda wkoll dawk li għandhom ikollhom kontroll fuq in-nefqa tal-flejjes li jinġabru.

www.lornavassallo.info


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.