www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Messaġġ ċar
minn Andre Damato

IL-GWU Youths sejra tipparteċipa fil-LGBT Pride March organizzata mill-Malta Gay Rights Movement.

Il-GWU Youths se tippar-teċipa f’din il-manifestazzjoni favur id-drittijiet tal-LGBT (Lesbians, Gays, Bisexuals and Transgenders). Din se ssir fil-Belt Valletta nhar is-Sibt, 18 ta’ Lulju, 2009. Il-post tal-ġabra jkun Bieb il-Belt fl-10.00 a.m.

Il-GWU Youths qiegħda tappoġġja din l-attività għax temmen fl-importanza tad-dritt tal-bniedem li ma jiġix iddiskriminat minħabba l-orjentazzjoni u l-preferenzi sesswali kemm dawk eterosesswali u dawk omosesswali, kemm fuq il-post tax-xogħol u kemm fis-soċjetà li hu jgħix fiha. Għal snin twal nies b’orjentazzjoni omosesswali ġew arrestati, vittimizzati u ddiskriminati. Għalkemm id-dinja nbidlet, illum fl-2009 mhux kulħadd jagħraf id-drittijiet tal-LGBT.

Manifestazzjonijiet bħal tat-18 ta’ Lulju isiru biex tiżdied il-viżibilità u l-għarfien tal- LGBT fis-soċjetà u fl-istess ħin temfasizza l-irwol integrali li għandhom fl-istess soċjetà.

Din is-sena l-movimenti favur id-drittijiet tal-LGBT madwar id-dinja qegħdin ifakkru l-40 anniversarju tal-irvelli ta’ Stonewall. Dawn l-irvelli saru f’Ġunju 1969 barra Stonewall Inn, fi New York, fejn wara li persuni omosesswali kienu msawtin u arrestati mill-Pulizija. Minn din l-esperjenza nibtet l-idea wara l-Pride Marches, fejn dawn komplew jiżviluppaw f’mezz biex titwassal u tissaħ-ħaħ il-vuċi favur l-ugwaljanza tal-LGBT. Parteċipazzjoni f’din l-attività hija messaġġ ċar favur l-impenn u r-rispett tad-diversità u l-ugwaljanza fis-soċjetà Maltija.

Il-GWU Youths tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jippar-teċipaw f’din l-attività u iktar minn hekk jagħrfu d-drittijiet tal-persuni LGBT fuq il-post tax-xogħol u fil-ħajja soċjali tagħhom, li fl-aħħar mill-aħħar hu-ma ħutna, uliedna, sħabna u l-kollegi tagħna lkoll.

Għal iktar informazzjoni ċempel lill-MGRM fuq 9925 5559 jew iżur is-sit elettroniku www.maltagayrights.org.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.