www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Barroso għandu jitlaq
minn Michael Briguglio

Il-grupp tal-Ħodor fil-Par­lament Ewropew qed jagħmel kampanja biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso (ritratt), ma jerġax jiġi appuntat f’din il-kariga daqshekk importanti. F’dan ir-rigward se jittieħed vot kruċjali fil-Parlament Ewropew nhar l-14 ta’ Lulju, u alleanzi bejn partiti varji jistgħu jwaqqfu lil Barroso u b’hekk jinstab kandidat al­ternattiv.

Iżda x’għamel ħażin Barroso? F’dak li għandu x’jaqsam mal-ekonomija, il-Kummissjoni Ew­ropea, immexxija minn Barroso, falliet milli tindirizza b’mod konvinċenti n-nuqqas ta’ re­golazzjoni fis-settur finanzjarju, liema settur kellu rwol prinċipali fil-kriżi globali ekonomika, minħabba raġunijiet bħall-ispekulazzjoni bla rażan.

Il-Kummissjoni Barroso ħadet xi passi biss wara pressjoni minn pajjiżi msieħba fl-UE, meta dan kien tard wisq għal ħafna ħaddiema li tilfu xogħolhom.

Barroso mbotta ukoll biex ikun hemm iktar privatizzazzjoni, liberalizzazzjoni u nuqqas ta’ regoli f’setturi varji tal-eko­nomija, fosthom bosta servizzi pubbliċi bħall-enerġija, il-posta u t-trasport. Fl-istess ħin, saru attakki fuq kisbiet li għamlu ħaddiema tul is-snin, bħalma hi dik ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali.

F’isem il-kompetittività, Barroso ppromwova d-‘dumping’ soċjali, fejn ħafna impjiegi ġodda huma ta’ natura prekarja, bħalma hu xogħol kuntrattwali u partajm. B’hekk miljuni ta’ ħaddiema fl-UE qed jiċċaħdu minn drittijiet bażiċi, u sa­ħansitra ftehim kollettiv u regoli nazzjonali bħal dik tal-paga minima qed jiġu mminati minħabba li kumpaniji qegħdin jitħallew iġibu ħaddiema minn pajjiżi oħrajn b’kundizzjonijiet ferm inferjuri u b’hekk iħallsu­hom ferm inqas minn dak stabbilit fil-pajjiż fejn ikunu qegħdin jaħdmu. Dan biex ma nsemmux fatturi oħrajn bħas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Filwaqt li Barroso ħalla d-‘dumping’ soċjali, l-istess Kum­missarju naqas milli jieħu azzjoni biex il-kummerċ fuq livell globali jkun iktar ġust. Naqas ukoll milli jieħu azzjoni serja kontra pro­blemi ekoloġiċi bħat-tibdil fil-klima.

Għall-kuntrarju, il-Kum­misjoni Barroso dgħajfet bosta proposti għall-politika li tik­konfronta t-tibdil fil-klima, u anke għall-politika serja kontra t-tniġġiż tal-arja, l-immaniġġjar tal-iskart u kimika perikoluża. Għalhekk, l-immaġini pożittiva tal-UE bħala mexxejja dinjija fil-qasam ekoloġiku qed tiġi mminata mill-Kummisjoni Bar­roso. Il-profitti ta’ kumpaniji kbar qed jiġu qabel l-ugwaljanza soċjali, is-saħħa tan-nies u s-sostenibbiltà ambjentali.

Hemm bosta raġunijiet oħrajn għaliex Barroso għandu jin­għata vot ta’ sfiduċja fil-Parla­ment Ewropew. Wieħed jista’ jaqra iktar dwar dan f’www.stop-barroso.eu



L-Alternattiva għandha tibqa’



Fl-aĦĦar artiklu tiegħi

f’din il-kolonna elenkajt

raġunijiet li fl-opinjoni tiegħi wasslu għar-riżultati li ġabet l-Alternattiva Demokra­tika fl-elezzjonijet Ewropej u tal-kunsilli lokali. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-eżekuttiv tal-Alternattiva għamel xi laqgħat u jidher b’mod ċar li hemm rieda qawwija li l-partit ikompli. Fil-ġranet li ġejjin AD se tkompli tiltaqa’ u tiddiskuti l-futur tagħha.

Iżda, biex ngħiduha kif inhi, AD għandha bżonn il-finanzi biex tkompli topera, speċjalment meta wieħed iqis li AD ma tieħu l-ebda finanzjament mill-istat, għall-kuntrarju tal-PN u l-PL.

Għalhekk nappella lil min jixtieq li AD tkompli tkun attiva għall-ġustizzja soċjali, ġustizzja ambjentali u drittijiet ċivili, biex jagħti donazzjoni lill-partit. Dan jista’ jsir permezz ta’ ċekk lil: Alternattiva Demokratika, c/o Greenmantle, 36 Triq l-Għarbiel, Swieqi SWQ 3251, jew donaz­zjonijiet/‘standing orders’ fil-kont tal-Bank of Valletta 40015056960 .

Grazzi mill-qalb!

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.