www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

L-Ambaxxata Amerikana tfakkar l-LGBT Pride Month


L-Ambaxxata Amerikana u l-Malta Gay Rights Movement se jorganizzaw attività fl-okkażjoni tal-Lesbian, Gay, Bisexual and Transgender (LGBT) Pride Month. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi għall-wiri tal-film “Milk” u għal diskussjoni, permezz ta’ Digital Video Conference, mal-attivista Amerikana għad-drittijiet tal-persuni gay, Elaine Noble.

Il-film “Milk”, li għandu bħala protagonist lil Sean Penn, jirrakkonta l-ħajja ta’ Harvey Milk, li kien l-ewwel raġel li ddikjara li huwa gay u ġie elett bħala uffiċjal pubbliku fl-istat ta’ Kalifornja. Meta kien membru tas-San Francisco Board of Supervisors, Milk ħadem biex jgħaddu liġijiet li jagħtu drittijiet lill-omosesswali. Imma l-ħajja politika tiegħu ntemmet ħesrem fis-sena 1978, meta uffiċjal pubbliku li kien kollega tiegħu qatel lil Harvey Milk fis-City Hall. Il-film bijografiku, li ħareg f’Jannar li għadda, rebaħ żewġ ‘Academy Awards’.

Wara li jintwera l-film, l-udjenza tista’ tipparteċipa f’videokonferenza interattiva ma’ Elaine Noble, attivista Amerikana għad-drittijiet tal-omosesswali u li kienet membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti fl-istat ta' Massachusetts. Fis-sena 1974, Ms Noble saret l-ewwel kandidat politiku ddikjarat gay li ġie elett bħala membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti fi stat Amerikan. Fis-sena 1977, hija pparteċipat fl-ewwel laqgħa fil-White House meta ġew diskussi id-drittijiet ċivili ta’ nies li huma lesbiċi, gay, bisesswali u transesswali.

Din l-attività se ssir fil-‘Main Quadrangle’ tal-Atriju M.A. Vassalli fl-Universita’ ta’ Malta llum il-Ġimgħa. Il-film jibda fit-8.00 ta’ filgħaxija u l-videokonferenza tibda fl-10.30 wara l-film.

L-Ambaxxata Amerikana u l-Malta Gay Rights Movement qegħdin jistiednu lilll-pubbliku biex jattendi għal din l-attività.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.